Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B9-0101/2019Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B9-0101/2019

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-Kashmir

18.9.2019

imressqa skont l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura

Richard Corbett, Anthea McIntyre

B9-0101/2019

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Kashmir

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-Indja:

 b'mod unilaterali, biddlet l-istatus kostituzzjonali ta' dik il-parti tal-Kashmir taħt il-kontroll tagħha u anki qasmet il-Ladakh mill-Kashmir;

 bagħtet 35 000 truppa addizzjonali fil-post, arrestat politiċi lokali, u rrestrinġiet il-komunikazzjoni;

 ċaħdet ir-rapport tal-UNHCR dwar il-Kashmir;

B. billi r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà li jeħtieġu referendum tal-Kashmir kollu biex jiddetermina l-istatus tiegħu qatt ma ġew implimentati;

C. billi għaddejjin negozjati kummerċjali bejn l-UE u l-Indja;

1. Jikkundanna l-bidliet unilaterali li saru fl-istatus tal-Kashmir min-naħa tal-Indja;

2. Jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jippromwovu l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar il-Kashmir;

3. Jitlob liż-żewġ naħat jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-UNHCR;

4. Iqis li kwalunkwe ftehim kummerċjali tal-UE mal-Indja għandu jinkludi klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem;

5. Jistieden lill-Kunsill jadotta sanzjonijiet tal-ivvjaġġar fir-rigward ta' uffiċjali tal-armata Indjana involuti f'atroċitajiet fil-Kashmir;

6. Jitlob liż-żewġ naħat jikkunsidraw il-benefiċċji umani, ekonomiċi u politiċi enormi li tinsab soluzzjoni għal dan il-kunflitt;

7. Jitlob lill-Indja biex tirrifletti fuq l-ispiża enormi tal-użu militari tagħha fil-Kashmir u fuq it-tiċpisa għar-reputazzjoni tagħha minħabba s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li sejra għall-agħar.

 

 

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Settembru 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza