Proċedura : 2019/2883(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0155/2019

Testi mressqa :

B9-0155/2019

Dibattiti :

PV 23/10/2019 - 21
CRE 23/10/2019 - 21

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2019 - 8.10
CRE 24/10/2019 - 8.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


<Date>{22/10/2019}22.10.2019</Date>
<NoDocSe>B9‑0155/2019</NoDocSe>
PDF 145kWORD 46k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreSuite>imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</TitreSuite>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar il-ftuħ ta' negozjati tal-adeżjoni mal-Maċedonja ta' Fuq u mal-Albanija</Titre>

<DocRef>(2019/2883(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Jörg Meuthen, Lars Patrick Berg, Guido Reil</Depute>

<Commission>{ID}f'isem il-Grupp ID</Commission>

</RepeatBlock-By>


B9‑0155/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ftuħ ta' negozjati tal-adeżjoni mal-Maċedonja ta' Fuq u mal-Albanija

(2019/2883(RSP))

 

 

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2019 li jipposponi l-bidu tat-taħditiet tal-adeżjoni mal-Albanija u mal-Maċedonja ta' Fuq,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-ftuħ ta' negozjati tal-adeżjoni mal-Maċedonja ta' Fuq u mal-Albanija,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi għal sentejn konsekuttivi, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żewġ pajjiżi huma lesti biex jiftħu n-negozjati tal-adeżjoni;

B. billi l-Kunsill Ewropew jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ftuħ ta' negozjati tal-adeżjoni;

C. billi r-rifjut tal-Kunsill Ewropew jirrifletti t-tħassib tal-Istati Membri dwar is-sigurtà u l-benesseri taċ-ċittadini tagħhom, u dwar l-użu xieraq tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali tagħhom;

1. Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew;

2. Jenfasizza li s-sitwazzjoni ekonomika fl-Albanija u fil-Maċedonja ta' Fuq hija ħażina, ma tissodisfax l-istandards Ewropej, u hija kkaratterizzata minn qgħad għoli u pagi baxxi ħafna;

3. Jinnota li l-istituzzjonijiet fl-Albanija u fil-Maċedonja ta' Fuq huma fraġli ħafna, u li ftit sar progress fir-riforma ġudizzjarja mmirata li żżid l-indipendenza, ir-responsabbiltà, u l-professjonaliżmu tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji;

4. Jinnota bi tħassib li ftit li xejn sar progress fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, li huma mifruxa ħafna;

5. Jenfasizza li l-korruzzjoni f'livell għoli, in-nuqqasijiet serji fl-istat tad-dritt, u l-proċeduri regolatorji kkumplikati jkompli jiskoraġġixxu l-investiment fl-Albanija u fil-Maċedonja ta' Fuq, u jxekklu l-iżvilupp tagħhom;

6. Jenfasizza li l-Albanija u l-Maċedonja ta' Fuq għandhom prestazzjoni partikolarment fqira fil-politiki tal-edukazzjoni u tal-impjiegi;

7. Jinnota li l-livelli straordinarjament għoljin ta' nuqqas ta' sodisfazzjon taċ-ċittadini fl-Albanija u fil-Maċedonja ta' Fuq bis-sitwazzjoni f'pajjiżhom, huma riflessi fix-xewqa li għandhom ħafna miċ-ċittadini tagħhom li jemigraw; jenfasizza li skont l-aħħar stħarriġ dinji ta' Gallup, 60 % tal-popolazzjoni adulta fl-Albanija trid titlaq mill-pajjiż[1];

8. Jissottolinja li ż-żewġ pajjiżi qed isofru minn eżodu ta' mħuħ, u li l-Albanija tinsab fil-quċċata tal-indiċi tal-eżodu ta' mħuħ fl-istħarriġ imsemmi hawn fuq; jinnota, f'dan ir-rigward, li 32 % taż-żgħażagħ b'livell għoli ta' edukazzjoni fl-Albanija u 30 % tal-istess grupp fil-Maċedonja ta' Fuq iridu jitilqu minn pajjiżhom; jenfasizza li eżodu ta' mħuħ se jkollu aktar implikazzjonijiet serji għall-produttività, li jħalli lill-Albanija u lill-Maċedonja ta' Fuq b'forza tax-xogħol b'livell baxx ta' kwalifiki;

9. Jinnota li l-gvernijiet tal-Albanija u tal-Maċedonja ta' Fuq għadhom ma pproponewx pjan biex jegħlbu din it-tendenza u jbiddlu s-sitwazzjoni;

10. Jiddispjaċih li l-Kummissjoni għadha ma tgħallmitx mill-politiki tagħha tal-passat; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-adeżjoni tar-Rumanija u l-Bulgarija ma wasslitx biss għal eżodu ta' mħuħ, iżda wkoll għal għadd kbir ta' migranti fqar jirrelokaw lejn pajjiżi aktar sinjuri fil-Punent u t-Tramuntana tal-Ewropa; jenfasizza li dan wassal għal ħafna problemi soċjali fil-bliet u l-pajjiżi;

11. Jinnota li, 12-il sena wara l-adeżjoni tagħhom, ir-Rumanija u l-Bulgarija għadhom parti mill-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika, strument tranżizzjonali għall-monitoraġġ u l-assistenza taż-żewġ pajjiżi b'riforma ġudizzjarja u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata;

12. Jinnota li r-Rumanija u l-Bulgarija għad għandhom problemi serji bl-assorbiment tal-fondi tal-UE, prinċipalment minħabba l-korruzzjoni u nuqqas ta' kapaċità amministrattiva;

13. Jistieden lill-Kunsill Ewropew, fid-dawl ta' dawn il-kwistjonijiet u l-problemi fundamentali, biex ma jibqax jikkunsidra l-prospett ta' negozjati tal-adeżjoni u jitlob proposta tal-Kummissjoni għal sħubija ġdida ma' dawn il-pajjiżi;

14. Jenfasizza li l-Albanija u l-Maċedonja ta' Fuq ibbenefikaw minn assistenza finanzjarja taħt l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni I (IPA I 2007-2013), u jirċievu finanzjament mill-IPA II (2014-2020), u li se jinħolqu strumenti finanzjarji oħra taħt l-IPA III (2021-2027);

15. Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-użu tal-finanzjament fil-Maċedonja ta' Fuq u biex tipprovdi rapport dettaljat lill-Parlament;

16. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Albanija u tal-Maċedonja ta' Fuq.

 

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Ottubru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza