Proċedura : 2019/2938(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0185/2019

Testi mressqa :

B9-0185/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 28/11/2019 - 8.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2019)0081

<Date>{25/11/2019}25.11.2019</Date>
<NoDocSe>B9‑0185/2019</NoDocSe>
PDF 148kWORD 47k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreSuite>imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</TitreSuite>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar azzjonijiet riċenti mill-Federazzjoni Russa kontra mħallfin, prosekuturi u investigaturi Litwani involuti fl-investigazzjoni tal-ġrajjiet traġiċi tat-13 ta' Jannar 1991 f'Vilnius</Titre>

<DocRef>(2019/2938(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Kati Piri, Birgit Sippel, Raphaël Glucksmann, Juozas Olekas, Vilija Blinkevičiūtė</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

</RepeatBlock-By>

Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B9-0182/2019

B9‑0185/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar azzjonijiet riċenti mill-Federazzjoni Russa kontra mħallfin, prosekuturi u investigaturi Litwani involuti fl-investigazzjoni tal-ġrajjiet traġiċi tat-13 ta' Jannar 1991 f'Vilnius

(2019/2938(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja u dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja,

 wara li kkunsidra l-iskambji ta' fehmiet li saru fil-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern mal-Ministru tal-Ġustizzja Litwan fit-12 ta' Novembru 2019;

 wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi fis-27 ta' Marzu 2019 il-Qorti Reġjonali ta' Vilnius ħarġet sentenza fl-hekk imsejjaħ każ tat-"13 ta' Jannar", li fiha Dmitry Yazov, l-eks ministru tad-difiża tal-Unjoni Sovjetika, Vladimir Uskhopchik, l-eks kmandant tal-gwarniġjon ta' Vilnius tal-Armata Sovjetika, Mikhail Golovatov, l-eks kmandant tal-forzi speċjali tal-KGB, u 64 ċittadin Russu, Belarussu u Ukren instabu ħatja ta' delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità għall-involviment tagħhom fl-aggressjoni Sovjetika fit-13 ta' Jannar 1991 f'Vilnius; billi dawn is-sentenzi huma attwalment taħt appell;

B. billi l-awturi kollha ta' dan l-attakk sarilhom proċess in absentia, minbarra tnejn minnhom, Yuri Mel u Gennady Ivanov, eks uffiċjali tal-armata Sovjetika, u l-imputati ġew ikkundannati għal perjodu ta' priġunerija li jista' jwassal sa 14-il sena; billi s-sentenzi li ngħataw fir-rebbiegħa 2019 jikkonċernaw il-ġrajjiet traġiċi li ġraw wara d-dikjarazzjoni ta' indipendenza Litwana tal-11 ta' Marzu 1990 u t-tentattivi Sovjetiċi biex jirrevokaw din l-indipendenza, tentattivi li bdew b'imblokk ekonomiku fil-ħarifa tal-1990 u kkulminaw fi sforz brutali biex iwaqqgħu lill-Gvern Litwan f'Jannar 1991;

C. billi 14-il persuna ċivili nqatlu matul dawn il-ġrajjiet u aktar minn 800 ġew feruti, l-aktar waqt li kienu qegħdin paċifikament jiddefendu t-torri tat-televiżjoni ta' Vilnius; billi l-azzjonijiet soppressivi tal-forzi armati tal-Unjoni Sovjetika komplew sat-tentattiv ta' kolp ta' stat li sar f'Awwissu 1991 f'Moska;

D. billi l-isforzi Litwani biex jinvestigaw u jressqu quddiem il-qorti lis-suspettati kienu proċess twil u kienu mxekkla mir-rifjut tal-awtoritajiet Russi u Belarussi li jikkooperaw, peress li huma jew injoraw jew ċaħdu talbiet mil-Litwanja għall-assistenza legali, u l-aħħar talba parzjalment imwieġba tmur lura għall-2008;

E. billi r-reazzjoni inizjali tar-Russja għad-deċiżjoni tal-qorti kienet negattiva, u d-Duma tal-Istat Russu ppremettiet li l-proċess kien "politikament motivat" u "tentattiv biex l-istorja tinkiteb mill-ġdid", u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Russja ħabbar li "mhux se joqgħod mingħajr ma jirreaġixxi ulterjorment";

F. billi bejn Lulju 2018 u April 2019 il-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa ta bidu lil diversi proċedimenti kriminali kontra mħallfin, prosekuturi u investigaturi Litwani involuti fl-investigazzjoni jew id-deċiżjoni fil-każ hekk imsejjaħ "tat-13 ta' Jannar", fuq il-bażi tal-Artikoli 299 u 305 tal-Kodiċi Kriminali tal-Federazzjoni Russa, li jipprevedu responsabbiltà kriminali għat-"tressiq ta' persuna innoċenti għal responsabbiltà kriminali" u għall-"għoti ta' sentenza, deċiżjoni jew kwalunkwe att ġuridiku intenzjonalment inġust ieħor minn imħallef (jew imħallfin)";

G. billi r-Russja jaf tipprova ġġib mandati ta' arrest internazzjonali kontra l-uffiċjali Litwani involuti f'dan il-proċess;

H. billi l-istat tad-dritt huwa wieħed mill-valuri komuni li fuqhom hija mibnija l-UE; billi l-Kummissjoni, flimkien mal-Parlament u mal-Kunsill, hija responsabbli taħt it-Trattati biex tiggarantixxi r-rispett tal-istat tad-dritt bħala valur fundamentali tal-Unjoni u biex tiżgura li d-dritt, il-valuri u l-prinċipji tal-UE jiġu rispettati;

I. billi dawn il-prinċipji jinkludu: il-legalità, li timplika proċess trasparenti, responsabbli, demokratiku u pluralistiku għall-promulgazzjoni tal-liġijiet; iċ-ċertezza tad-dritt; il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; qrati indipendenti u imparzjali; stħarriġ ġudizzjarju effettiv, inkluż ir-rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali; u l-ugwaljanza quddiem il-liġi;

1. Jikkundanna l-proċedimenti kriminali li ngħataw bidu mill-awtoritajiet Russi kontra l-uffiċjali Litwani involuti fil-każ hekk imsejjaħ "tat-13 ta' Jannar"; jikkundanna l-azzjonijiet li ttieħdu mill-awtoritajiet Russi bħala illeġittimi u bi ksur ċar tal-istat tad-dritt;

2. Jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-uffiċjali u l-imħallfin Litwani akkużati mir-Russja f'dan il-każ u mal-isforzi tal-Gvern Litwan biex jattira l-attenzjoni lejn il-każ u jillimita l-ħsara u l-periklu li jiffaċċjaw dawk akkużati inġustament mill-awtoritajiet Russi;

3. Jistieden lill-awtoritajiet Russi jwaqqgħu dawn l-akkużi u joqogħdu lura milli jfittxu li joħorġu mandati ta' arrest internazzjonali f'dan il-każ, la permezz tal-Interpol u lanqas b'mod bilaterali; jistieden lill-awtoritajiet Russi jieqfu milli jxekklu l-proċess ta' investigazzjoni u jikkooperaw b'mod sħiħ mal-awtoritajiet Litwani biex jissolva dan il-każ u biex l-awturi jiġu kkastigati;

4. Jistieden lill-Presidenti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, u lill-VP / RGħ ikomplu jsegwu tali każijiet b'attenzjoni, iqajmu dawn il-kwistjonijiet f'formati differenti u fil-laqgħat mar-Russja, u jirrapportaw lura lill-Parlament dwar skambji li jsiru mal-awtoritajiet Russi filwaqt li jgħarrfuhom b'mod sħiħ dwar l-unità u s-solidarjetà tal-Unjoni Ewropea f'dan il-każ, kif ukoll f'każijiet relatati oħra; iħeġġeġ lill-Istati Membri jqajmu l-każ meta jikkomunikaw mal-awtoritajiet Russi;

5. Jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-firmatarji l-oħra tal-Kostituzzjoni tal-ICPO-Interpol jinjoraw kwalunkwe mandat ta' arrest internazzjonali kontra l-uffiċjali Litwani akkużati; jistieden lill-Interpol tinjora kwalunkwe talba Russa għal tali mandati;

6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, lill-President, lill-Gvern u lid-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa, lill-Europol u lill-Interpol.

 

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Novembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza