Proċedura : 2019/2896(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0190/2019

Testi mressqa :

B9-0190/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 28/11/2019 - 8.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


<Date>{25/11/2019}25.11.2019</Date>
<NoDocSe>B9‑0190/2019</NoDocSe>
PDF 152kWORD 46k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreSuite>imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</TitreSuite>

<TitreRecueil>skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja</Titre>

<DocRef>(2019/2896(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Manu Pineda, Sira Rego, Marisa Matias, Leila Chaibi, Stelios Kouloglou, Manuel Bompard, João Ferreira, Sandra Pereira, Pernando Barrena Arza, Konstantinos Arvanitis, Özlem Demirel, Marc Botenga, Giorgos Georgiou, José Gusmão, Niyazi Kizilyürek, Dimitrios Papadimoulis, Miguel Urbán Crespo, Idoia Villanueva Ruiz</Depute>

<Commission>{GUE/NGL}f'isem il-Grupp GUE/NGL</Commission>

</RepeatBlock-By>


B9‑0190/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja

(2019/2896(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni Bolivjana tal-2009,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ewwel Protokoll tagħha,

 wara li kkunsidra r-rapport taċ-Ċentru għar-Riċerka Ekonomika u Politika dwar ir-Rwol tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS),

 wara li kkunsidra d-diversi dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ippubblikati mit-12 ta' Novembru 2019 'il hawn, li enfasizzaw u kkundannaw l-użu eċċessiv tal-forza u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-pulizija, mill-militar u mill-gvern awtoproklamat tal-Bolivja,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tas-16 ta' Novembru 2019,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Ombudsman Bolivjan,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-elezzjoni ġenerali tal-20 ta' Ottubru 2019 ġiet immonitorjata minn għadd ta' osservaturi internazzjonali; billi ħafna minnhom iddikjaraw li dan kien proċess trasparenti; billi minoranza minnhom, immexxija mill-OAS, jiddubitaw ir-riżultat eżatt, iżda mhux ir-rebħa ċara tal-Movimiento al Socialismo;

B. billi l-liġi Bolivjana tistabbilixxi li kandidat jirbaħ l-ewwel rawnd ta' elezzjoni jekk jikseb aktar minn 50 % tal-voti, jew 40 % tal-voti jekk ikollu marġni ta' aktar minn għaxar punti perċentwali;

C. billi Evo Morales tal-Movimiento al Socialismo kiseb 47,08 % tal-voti skont l-għadd uffiċjali, u Carlos Mesa tal-Comunidad Ciudadana kiseb 36,51 %;

D. billi l-membri tal-partit tal-oppożizzjoni tal-lemin irrifjutaw li jaċċettaw dawn ir-riżultati, anki qabel ma tħabbru; billi kien hemm attakki vjolenti kontra attivisti u rappreżentanti tal-Movimiento al Socialismo;

E. billi l-President Evo Morales segwa l-parir tal-OAS u ddeċieda li jsejjaħ elezzjoni oħra fid-dawl tal-marġni żgħir bejn il-voti miksuba; billi dan mhux meħtieġ skont il-liġi tal-Bolivja;

F. billi l-pulizija u l-militar ma rrispettawx l-ordnijiet u qamu kontra l-gvern leġittimu, li wassal f'kolp ta' stat militari li ġiegħel lil Evo Morales jirriżenja u jmur fl-eżilju;

G. billi skont il-Kostituzzjoni tal-Bolivja, il-presidenza kellha tgħaddi f'idejn il-Viċi President, Álvaro Garcia Linera u, fin-nuqqas ta' dan, f'idejn l-Ispeaker tas-Senat, Adriana Salvatierra; billi dawn ukoll kienu mġiegħla jirriżenjaw u jfittxu kenn minħabba l-vjolenza b'segwitu tal-kolp ta' stat;

H. billi Jeanine Áñez, senatur minn partit tal-minoranza, m'għandha l-ebda dritt kostituzzjonali li tkun ipproklamata bħala President tal-Bolivja; billi l-awtoproklamazzjoni tagħha ġiet orkestrata mill-militar u seħħet mingħajr il-kworum meħtieġ mill-kostituzzjoni;

I. billi l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem kontra dawk li jiddefendu l-Gvern leġittimu tal-President Evo Morales, inkluża l-vjolenza militari u tal-pulizija, ma waqafx meta Jeanine Áñez iddikkjarat lilha nnifisha President; billi għexieren ta' persuni mietu u mijiet ta' persuni sfaw midruba serjament b'riżultat ta' din il-vjolenza;

J. billi l-gvern awtoproklamat iddikjara li l-kompitu uniku tiegħu kien li jorganizza elezzjonijiet ġodda; billi dan diġà adotta għadd ta' miżuri politiċi; billi ddikjara li membri prominenti tal-Movimiento al Socialismo, inkluż Evo Morales, se jiġu pprojbiti milli jipparteċipaw fl-elezzjonijiet;

K. billi l-Bolivja għandha t-tieni l-akbar riżervi fid-dinja tal-litju, u għandu aktar minn disa' miljun tunnellata ta' dan il-minerali; billi l-Bolivja għandha riżervi sinifikanti ta' gass naturali; billi l-kontroll ta' dawn ir-riżorsi jista' jkun ta' profitt kbir ħafna; billi taħt il-Gvern ta' Evo Morales, dawn ir-riżorsi nġiebu taħt kontroll nazzjonali;

L. billi mill-2006 sal-lum, il-politiki ridistributtivi tal-Gvern ta' Evo Morales refgħu lil 1,8 miljun persuna mill-faqar; billi l-għadd ta' persuni li jgħixu f'faqar estrem f'dawn l-aħħar tlettax-il sena niżel minn 38,2 % għal 15,2 %;

M. billi l-Gvern ta' Evo Morales żied l-aċċess għas-servizzi pubbliċi, inkluża l-edukazzjoni, stabbilixxa s-Sistema Unika tas-Saħħa, li tagħti aċċess liberu għall-kura tas-saħħa għal aktar minn nofs il-popolazzjoni tal-pajjiż, u ħolqot 1 061 ċentru tas-saħħa ġdid;

N. billi l-Gvern ta' Evo Morales ta aktar drittijiet lil popli indiġeni, u b'hekk żied konsiderevolment l-involviment tagħhom fl-affarijiet nazzjonali;

O. billi l-Bolivja għandha t-tielet l-akbar numru ta' nisa eletti fil-parlament fid-dinja, u aktar minn 53 % tas-siġġijiet huma okkupati min-nisa;

1. Jikkundanna bil-qawwa l-kolp ta' stat imwettaq mill-pulizija u mill-militar kontra l-gvern leġittimu Bolivjan tal-President Evo Morales;

2. Jikkundanna l-brutalità tal-pulizija u tal-armata, li wassal biex inqatlu 32 dimostrant paċifiċi u ndarbu 770;

3. Jappella għar-revoka urġenti tad-Digriet Suprem Nru 4078, li jagħti immunità lill-persunal militari; jitlob li ssir investigazzjoni immedjata tar-reati li twettqu matul ir-repressjoni tal-protesti paċifiċi; jitlob li jintemm immedjatament dan il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u li ssir investigazzjoni sħiħa sabiex jiġi żgurat li jkun hemm ġustizzja u kumpens lill-vittmi;

4. Jesprimi s-solidarjetà tiegħu ma' dawk kollha li qed jipprotestaw fit-toroq għad-demokrazija fil-Bolivja;

5. Jikkundanna l-attakki vjolenti mwettqa mill-militar u l-pulizija u l-gruppi marbuta magħhom kontra r-rappreżentanti tal-Movimiento al Socialismo u l-uffiċjali eletti, bħas-sindku ta' Vinto; jikkundanna l-vjolenza, l-intimidazzjonijiet u t-theddid tal-pulizija u tal-militar kontra l-awtoritajiet reġjonali u lokali tal-Movimiento al Socialismo;

6. Jikkundanna l-attakki kontra d-djar tal-mexxejja tal-Movimiento al Socialismo u tal-membri tal-familja tagħhom, kif ukoll tal-mexxejja tal-movimenti indiġeni u soċjali, u l-binjiet tal-kwartieri tal-partiti u tat-trejdjunjins;

7. Jikkundanna bil-qawwa l-attakki fuq il-kostituzzjoni tal-Bolivja u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-gvern awtoproklamat, inkluż il-ksur tad-drittijiet tan-nisa u tal-popli indiġeni; jirrifjuta l-pożizzjonijiet razzisti tal-gvern awtoproklamat u r-ripressjoni vjolenti tiegħu tal-popolazzjoni indiġena;

8. Jiddeplora l-kriminalizzazzjoni tal-mexxejja tal-movimenti soċjali u indiġeni, u l-mexxejja tal-Movimiento al Socialismo;

9. Jikkundanna l-attakki u l-arresti arbitrarji ta' tobba Kubani li jwettqu missjonijiet ta' solidarjetà fil-Bolivja, li wassal biex aktar minn mitejn tabib telqu mill-pajjiż;

10. Jikkundanna t-theddid tal-gvern awtoproklamat, tal-forzi militari u tal-pulizija kontra r-rappreżentanzi diplomatiċi ta' Kuba, il-Venezwela u l-Messiku;

11. Jappella sabiex l-elezzjonijiet li se jsiru jitwettqu bil-garanziji kollha u mingħajr esklużjonijiet; jistieden lis-SEAE jitlob li jwettaq missjoni ta' osservazzjoni elettorali biex jiżgura li l-elezzjonijiet ikunu trasparenti;

12. Jistieden lir-rappreżentanza tal-Unjoni Ewropea f'La Paz, kif ukoll lill-ambaxxati tal-Istati Membri, jagħtu rifuġju lil dawk li qed jiġu pproċessati mill-militar u mill-gvern awtoproklamat;

13. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lin-Nazzjonijiet Uniti, lil-istituzzjonijiet kollha Bolivjani u lill-President Evo Morales.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Novembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza