Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B9-0218/2019Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B9-0218/2019

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali

25.11.2019 - (2019/2930(RSP))

imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura

Silvia Sardone, Sylvia Limmer, Elena Lizzi, Marco Dreosto, Danilo Oscar Lancini, Gianantonio Da Re, Simona Baldassarre
f'isem il-Grupp ID

Proċedura : 2019/2930(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B9-0218/2019
Testi mressqa :
B9-0218/2019
Dibattiti :
Testi adottati :

B9-0218/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali

(2019/2930(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi d-dibattitu dwar l-effetti reali tat-tibdil fil-klima għadu għaddej; billi l-kontribut tal-azzjoni tal-bniedem għat-tibdil fil-klima, jekk dan ikun deċiżiv, għad irid jitkejjel b'mod preċiż;

1. Jinnota li l-introduzzjoni ta' "emerġenzi" b'mod ideoloġiku tirriskja li tipprovoka u tistituzzjonalizza kunflitt bejn il-ġenerazzjonijiet li jikkawża ħsara, pjuttost milli tiffavorixxi dibattitu b'piż differenzjat;

2. Jirrifjuta b'mod qawwi dawn it-tentattivi biex jiġi stabbilit stat ta' eċċezzjoni dejjiemi mingħajr ebda spazju għal alternattivi, li għandhom l-effett li jisforzaw l-omologazzjoni fil-komunità xjentifika u d-dibattitu pubbliku;

3. Jinsab estremament imħasseb dwar l-approċċ fideistiku lejn it-"tranżizzjoni ekoloġika" murija matul is-seduti ta' smigħ tal-President elett tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen u bosta Kummissarji nnominati, kif ukoll diversi gruppi politiċi, li jmexxi l-aġenda politika tal-UE lejn għanijiet mhux realistiċi;

4. Jinsab impenjat biex is-suġġett dwar l-ambjent ipoġġih lura fil-kuntest ta' diskussjoni razzjonali u jirrikonċilja l-politiki ambjentali u soċjali, billi jiffoka fuq l-aktar aspetti li jniġġsu tal-mudell tal-produzzjoni u l-konsum tagħna;

5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

 

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Novembru 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza