MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar tagħmir kontra l-abbandun għas-sikurezza tat-tfal fil-karozzi
10.12.2019
Mara Bizzotto
B9‑0236/2019
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar tagħmir kontra l-abbandun għas-sikurezza tat-tfal fil-karozzi
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. b'kunsiderazzjoni tal-fatti traġiċi li seħħew fl-Italja u f'pajjiżi Ewropej oħrajn rigward l-imwiet ta' tfal li tħallew mill-ġenituri fis-sit ta' wara tal-vettura;
B. billi mis-7 ta' Novembru 2019, fl-Italja, sar obbligatorju li jiġi installat tagħmir ta' sikurezza apposta f'vetturi li jġorru tfal taħt l-erba' snin, li jippermetti li tiġi notifikata l-preżenza ta' tfal fil-vetturi;
C. billi s-sikurezza tat-tfal fil-vetturi hija prijorità fl-UE kollha;
1. jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-użu ta' tagħmir kontra l-abbandun fl-Istati Membri kollha bil-għan ma jerġgħux iseħħu każijiet traġiċi bħal dawk imsemmija aktar 'il fuq;
2. iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-Kummissjoni timplimenta kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar miżuri ta' sikurezza li jiggarantixxu s-sikurezza tat-tfal fil-vetturi.