Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B9-0033/2020Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B9-0033/2020

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar is-sitwazzjoni tal-Insara fil-Burkina Faso

29.12.2019

imressqa skont l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura

Dominique Bilde

B9‑0033/2020

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni tal-Insara fil-Burkina Faso

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

 wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li daħal fis-seħħ fl-1976, u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi 23,3 % tal-popolazzjoni tal-Burkina Faso huma Nsara u 61,5 % huma Musulmani, u billi l-attakki fuq il-minoranza Nisranija tal-pajjiż żdiedu, u li l-aħħar attakk li seħħ il-Ħadd, l-1 ta' Diċembru 2019 qatel 14-il persuna;

B. billi l-Burkina Faso qed tiffaċċja deterjorament sinifikanti fis-sigurtà tagħha minħabba r-ribelljoni ġiħadista li issa nfirxet mar-reġjun kollu tas-Saħel, u wasslet b'mod partikolari biex xi uffiċjali mill-ambaxxata tal-Istati Uniti jitilqu mill-pajjiż;

1. Jiddispjaċih li l-G5 tas-Saħel ma rċeviex l-appoġġ finanzjarju internazzjonali mistenni, b'mod partikolari wara l-Konferenza Internazzjonali ta' Brussell fl-2018, u jistieden lill-Kummissjoni taħdem biex issaħħaħ l-appoġġ finanzjarju, materjali u uman internazzjonali u Ewropew mogħti lill-forzi militari Franċiżi tal-operazzjoni Barkhane kif ukoll lill-G5 tas-Saħel;

2. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jikkundannaw bil-qawwa l-persekuzzjoni tal-Insara fil-Burkina Faso mit-terroristi Iżlamiċi.

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Jannar 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza