Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-armonizzazzjoni tal-pagamenti diretti lill-bdiewa
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A.billi l-pagamenti diretti lill-bdiewa fl-Istati Baltiċi huma l-aktar baxxi fl-Unjoni Ewropea;
B.billi, skont l-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, wieħed mill-objettivi fundamentali tal-politika agrikola komuni huwa li tiżgura livell ta' għajxien ġust għall-komunità agrikola;
C.billi l-bdiewa jiżguraw l-istabilità taż-żoni rurali u jgħinu biex jinbena l-futur;
D.billi ż-żamma tal-azjendi żgħar u tal-azjendi tal-familji hija waħda mill-objettivi fundamentali tal-Unjoni; billi t-tisħiħ tal-klassi medja isaħħaħ l-istabbiltà ta' pajjiż;
E.billi l-Finlandja, matul il-presidenza tagħha tal-Kunsill, ipproponiet li tnaqqas il-baġit għal-Litwanja b'EUR 2 biljun għall-perjodu ta' finanzjament 2021-2027; li miżura bħal din ikollha impatt dirett fuq l-ekonomija u l-agrikoltura tal-Litwanja u timmina l-kompetittività tal-bdiewa Litwani fis-Suq Uniku Ewropew;
1.Jappella għall-armonizzazzjoni tal-pagamenti diretti lill-bdiewa fl-Unjoni Ewropea kollha;
2.Jappella li l-Istati Membri josservaw l-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.