Proċedura : 2019/2983(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0076/2020

Testi mressqa :

B9-0076/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2020)0024

<Date>{22/01/2020}22.1.2020</Date>
<NoDocSe>B9‑0076/2020</NoDocSe>
PDF 147kWORD 44k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreSuite>imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni</TitreSuite>

<TitreRecueil>skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar ċarġer komuni għat-tagħmir tar-radju mobbli</Titre>

<DocRef>(2019/2983(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Kateřina Konečná, Manuel Bompard, Martin Schirdewan, Anja Hazekamp, Alexis Georgoulis, João Ferreira, Pernando Barrena Arza, Stelios Kouloglou, Marisa Matias, José Gusmão, Konstantinos Arvanitis, Younous Omarjee, Marc Botenga, Dimitrios Papadimoulis, Giorgos Georgiou, Niyazi Kizilyürek, Anne‑Sophie Pelletier</Depute>

<Commission>{GUE/NGL}f'isem il-Grupp GUE/NGL</Commission>

</RepeatBlock-By>

Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B9-0070/2020

B9‑0076/2020

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ċarġer komuni għat-tagħmir tar-radju mobbli

(2019/2983(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE[1],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-Membri tal-Parlament Ewropew ilhom għaddejjin b'kampanja għal aktar minn għaxar snin favur ċarġer komuni għat-tagħmir tar-radju mobbli, inklużi t-telefons mobbli, it-tablets, l-apparati għall-qari ta' kotba elettroniċi, il-kameras intelliġenti, it-tagħmir elettroniku li jintlibes u apparati elettroniċi oħra ta' daqs medju jew żgħir;

B. billi kull sena globalment jiġu ġġenerati madwar 50 miljun tunnellata ta' skart elettroniku, b'medja ta' aktar minn 6 kg għal kull persuna; billi l-produzzjoni totali ta' skart elettroniku fl-Ewropa fl-2016 kienet tammonta għal 12,3 miljun tunnellata, jiġifieri medja ta' 16,6 kg għal kull persuna;

C. billi t-tentattivi ta' ftehimiet interindustrijali volontarji ma rnexxewx u l-konsumaturi xorta għadhom obbligati jixtru ċarġer ġdid ma' kull apparat ġdid;

D. billi korporazzjonijiet bħal Apple ilhom jillobbjaw b'mod attiv kontra att delegat biex jiġi introdott ċarġer komuni obbligatorju;

E. billi x-xejriet tal-konsumaturi f'dawn l-aħħar għaxar snin juru żieda fis-sjieda ta' aktar minn apparat wieħed, kif ukoll ċikli tal-ħajja saħansitra iqsar ta' ċertu tagħmir tar-radju (bħal fil-każ tal-ismartphones); billi ħafna drabi t-tagħmir iktar qadim jiġi sostitwit mhux meta jinkiser jew ikun għadda żmienu, iżda sempliċement għax jitqies skadut;

F. billi meta jkunu qegħdin jivvjaġġaw il-konsumaturi effettivament ikollhom iġorru magħhom ċargers differenti għal apparati simili, u dan jikkawża impronta ambjentali bla bżonn;

G. billi n-nies illum jiddependu fuq l-apparati mobbli tagħhom fil-każ ta' emerġenza, anke minħabba n-nuqqas ta' telefons pubbliċi; billi huma jeħtieġu telefon mobbli ċċarġjat biex ifittxu l-informazzjoni jew biex jużawh bħala apparat tan-navigazzjoni;

1. Jenfasizza li hemm ħtieġa urġenti ta' azzjoni tal-UE sabiex jitnaqqas l-ammont ta' skart elettroniku u biex il-konsumaturi jingħataw is-setgħa li jagħmlu għażliet sostenibbli;

2. Jinnota li l-lobby tal-kumpaniji influwenza b'mod sinifikanti l-inattività tal-Kummissjoni dwar dan id-dossier;

3. Jiddispjaċih li s'issa l-Kummissjoni tat prijorità lill-interessi korporattivi ta' ċerti kumpaniji bħal Apple fuq l-interessi tal-konsumaturi Ewropej;

4. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi adottat b'urġenza standard għal ċarġer komuni għat-tagħmir tar-radju mobbli;

5. Jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tadotta mingħajr dewmien att delegat li jissupplementa d-Direttiva 2014/53/UE dwar it-tagħmir tar-radju biex jiġi introdott ċarġer komuni;

6. Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta, mingħajr dewmien ulterjuri, ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt rigward l-introduzzjoni ta' ċarġer komuni għat-telefons mobbli u apparati kompatibbli oħra;

7. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposti biex jintemm il-kummerċ tal-iskart, li huwa partikolarment dannuż għall-persuni vulnerabbli u għall-ambjent f'pajjiżi terzi, u tappoġġja l-bini tal-kapaċità biex nindirizzaw l-iskart tagħna stess fi ħdan l-UE;

8. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-konsumaturi ma jibqgħux ikunu obbligati jixtru ċarġer ġdid ma' kull apparat ġdid, biex b'hekk jitnaqqas l-ammont ta' ċarġers prodotti kull sena;

9. Jirrimarka li l-użu tat-teknoloġija tal-iċċarġjar bla fili joffri benefiċċji potenzjali addizzjonali; għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex tiżgura bl-aħjar mod l-interoperabbiltà ta' ċarġers bla fili differenti ma' tagħmir tar-radju mobbli differenti;

10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

 

[1] ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza