Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B9-0085/2020Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B9-0085/2020

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar ċarġer komuni għat-tagħmir radju mobbli

22.1.2020 - (2019/2983(RSP))

imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni
imressqa skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura

Adam Bielan, Evžen Tošenovský
f'isem il-Grupp ECR

Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B9-0070/2020

Proċedura : 2019/2983(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B9-0085/2020
Testi mressqa :
B9-0085/2020
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

B9‑0085/2020

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ċarġer komuni għat-tagħmir radju mobbli

(2019/2983(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/53/UE (Direttiva Tagħmir tar-Radju) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE[1],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi s-suq uniku kien, u għadu, il-bażi għas-suċċess ekonomiku u kompetittiv tal-UE u mutur tat-tkabbir u tal-impjiegi;

B. billi, minkejja li l-iżviluppi fis-suq naqqsu l-għadd ta' tipi ta' ċarġers, il-ftehimiet volontarji bejn l-atturi tal-industrija ma solvewx għalkollox il-kwistjoni ta' ċarġer komuni għall-mowbajls;

C. billi l-konsumaturi għadhom qed jiffaċċjaw sitwazzjoni fejn jirċievu ċarġers differenti meta jixtru tagħmir ġdid mingħand bejjiegħa differenti u ma jkollhom l-ebda għażla ħlief li jirċievu ċarġer ġdid meta jixtru mowbajl ġdid mill-istess bejjiegħ;

D. billi x-xejriet tal-konsum f'dawn l-aħħar 10 snin juru li żdiedu l-każijiet meta persuna jkollha aktar minn tagħmir wieħed, kif ukoll il-fatt li xi tagħmir tar-radju għandu ċikli tal-ħajja iqsar, bħal smartphones; billi t-tagħmir qadim ħafna drabi jiġi sostitwit mhux minħabba li jeħtieġ li jinbidel, iżda sempliċiment minħabba li huwa meqjus antikwat jew ma għadux appoġġat b'aġġornamenti; billi dan jirriżulta f'aktar skart elettroniku, inklużi ċarġers;

1. Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta, bla aktar dewmien, ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt dwar l-introduzzjoni ta' ċarġer komuni għall-mowbajls; emphasises the need for reliable figures on environmental waste caused by the lack of a common charger so that alternative options can be adequately assessed and shown to reduce waste;

2. Itenni li jekk ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt u l-konsultazzjoni pubblika juru valur miżjud ċar li jiġi introdott ċarġer komuni, inklużi l-benefiċċji ambjentali u tal-konsumatur u spiża ekonomika raġonevoli għall-industrija, il-Kummissjoni għandha tadotta mingħajr dewmien bla bżonn l-att delegat li jissupplimenta d-Direttiva dwar it-Tagħmir tar-Radju;

3. Jenfasizza li hemm ħtieġa għal azzjoni tal-UE biex tnaqqas l-ammont ta' skart elettroniku, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi ħalli jagħmlu għażliet sostenibbli, u tippermettilhom jipparteċipaw bis-sħiħ f'suq intern effiċjenti u li jiffunzjona sewwa;

4. Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm standard għal ċarġer komuni għat-tagħmir tar-radju mobbli, li għandu jiġi adottat sabiex nevitaw frammentazzjoni ulterjuri tas-suq intern; jinnota li r-rekwiżiti ta' prestazzjoni għall-mowbajls jistgħu jkunu differenti minn tipi oħra ta' tagħmir tar-radju u l-konsumaturi għandhom ikunu infurmati b'mod adegwat biex iżidu l-fehim tagħhom u l-faċilità tal-użu tal-prodotti;

5. Jenfasizza li kwalunkwe inizjattiva fil-forma ta' att delegat dwar ċarġer komuni jew kwalunkwe miżura leġiżlattiva possibbli oħra li tikkonċerna tagħmiri kompatibbli oħra m'għandhiex twassal għal piż burokratiku addizzjonali u xxekkel is-suq, b'mod partikolari billi tfixkel jew iddewwem innovazzjoni futura; ifakkar fil-prinċipju ta' "one in, one out";

6. Jirrimarka li l-użu tat-teknoloġija tal-iċċarġjar mingħajr fili jinvolvi benefiċċji addizzjonali bħall-mitigazzjoni ta' skart elettroniku; jitlob li l-Kummissjoni, għaldaqstant, tieħu miżuri biex tiżgura bl-aħjar mod l-interoperabbiltà ta' ċarġers bla fili differenti ma' tagħmir tar-radju mobbli differenti; itenni l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni f'dan il-qasam biex jittejbu t-teknoloġiji eżistenti u jfiġġu oħrajn ġodda, u jappoġġja l-prinċipju tat-teknoloġija newtrali;

7. Jenfasizza li jekk fil-futur ċarġer ma jkunx inkluż ma' tagħmir, dan għandu jkun ċar għall-konsumaturi waqt ix-xiri, b'mod partikolari fir-rigward tal-prezz, filwaqt li l-konsumaturi jingħataw id-dritt li jiddeċiedu li jipproċedu bix-xiri b'ċarġer jew mingħajru;

8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

 

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Jannar 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza