MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar iċ-ċittadini Ewropej fis-Sirja
24.1.2020
Thierry Mariani
B9‑0086/2020
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar iċ-ċittadini Ewropej fis-Sirja
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 20(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward il-protezzjoni diplomatika jew konsulari f'pajjiż terz,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi t-Turkija nżammet fl-Unjoni għall-Mediterran minkejja l-provokazzjonijiet reċenti tagħha fir-rigward tal-paċi internazzjonali u tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;
B. billi, wara snin ta' kunflitt, jeħtieġ li naslu għal attitudni realistika fil-konfront tal-gvern legali tas-Sirja;
1. Jiddispjaċih li bosta rappreżentanzi diplomatiċi tal-Istati Membri fis-Sirja ngħalqu;
2. Jagħraf li s-sanzjonijiet internazzjonali imposti fuq is-Sirja huma piż fuq il-ħajja ta' kuljum ta' persuni li għandhom iċ-ċittadinanza ta' Stati Membri tal-Unjoni Ewropea;
3. Jagħraf li din is-sitwazzjoni hija partikolarment perikoluża għan-nisa u t-tfal li jgawdu minn protezzjonijiet konsulari jew diplomatiċi biss parzjali;
4. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex taħdem fid-direzzjoni ta' restawr tar-relazzjonijiet diplomatiċi mas-Sirja;
5. Jitlob li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna itemm kull sostenn għall-embargos internazzjonali, li fis-Sirja taw prova ta' kemm jagħmlu ħsara, u li tal-anqas, għal raġunijiet umanitarji, itemm l-embargo fuq il-prodotti medikali.