<Date>{07/02/2020}7.2.2020</Date>
<NoDocSe>B9‑0097/2020</NoDocSe>
PDF 143kWORD 42k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar appoġġ lill-Pjan ta' Paċi bejn Iżrael u l-Palestina</Titre>


<Depute>Jaak Madison, Lars Patrick Berg, Anna Bonfrisco, Paolo Borchia, Marco Campomenosi, Massimo Casanova, Susanna Ceccardi, Angelo Ciocca, Gianantonio Da Re, Marco Dreosto, Nicolaus Fest, Roman Haider, Teuvo Hakkarainen, Laura Huhtasaari, Peter Kofod, Joachim Kuhs, Georg Mayer, Jörg Meuthen, Alessandro Panza, Luisa Regimenti, Antonio Maria Rinaldi, Silvia Sardone, Hermann Tertsch, Isabella Tovaglieri, Harald Vilimsky, Stefania Zambelli, Marco Zanni, Milan Zver</Depute>


B9‑0097/2020

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar appoġġ lill-Pjan ta' Paċi bejn Iżrael u l-Palestina

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-28 ta' Jannar 2020 tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Josep Borrell, f'isem l-UE, dwar il-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani,

 wara li kkunsidra l-Pjan ta' Paċi bejn Iżrael u l-Palestina propost mill-President tal-Istati Uniti tal-Amerka Donald Trump f'Jannar 2020, intitolat “Peace to Prosperity: A Vision to Improve the Lives of the Palestinian and Israeli People” (Paċi għal Prosperità: Viżjoni għat-titjib tal-ħajja tal-Popli tal-Palestina u ta' Iżrael)

 wara li kkunsidra l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-pożizzjoni tal-UE, li ilha stabbilita minn żmien ilu, hija li tappoġġja s-soluzzjoni ta' żewġ stati bħala l-uniku mezz biex jinġieb fi tmiemu l-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina;

B. billi l-Pjan ta' Paċi bejn Iżrael u l-Palestina mħabbar mill-President tal-Istati Uniti tal-Amerka Donald Trump jipproponi qafas politiku u ekonomiku għal paċi dejjiemi fir-reġjun, li jinkludi soluzzjoni ta' żewġ stati;

1. Jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġjaw il-Pjan ta' Paċi bejn Iżrael u l-Palestina tal-President Trump biex dan il-kunflitt li ilu għaddej wisq żmien jintemm b'soluzzjoni paċifika.

 

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Frar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza