<Date>{05/03/2020}5.3.2020</Date>
<NoDocSe>B9‑0127/2020</NoDocSe>
PDF 141kWORD 41k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar il-Jum Ewropew tal-Ottimiżmu</Titre>


<Depute>Ruža Tomašić, Andris Ameriks, Romana Tomc, Rosanna Conte, Tonino Picula, Maria Grapini, Željana Zovko, Sunčana Glavak, Emmanouil Fragkos, Biljana Borzan, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Nicola Procaccini, Ivan Vilibor Sinčić, Jadwiga Wiśniewska, Andżelika Anna Możdżanowska, Margarita de la Pisa Carrión, Eugen Tomac, Valdemar Tomaševski</Depute>


B9‑0127/2020

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Jum Ewropew tal-Ottimiżmu

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-ottimiżmu huwa kategorija ekonomika li tista' titkejjel, b'impatt dirett fuq l-attività ekonomika ġenerali; billi r-riċerka mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) turi li d-disturbi tad-dipressjoni u tal-ansjetà jiswew lill-ekonomija dinjija biljun dollaru Amerikan kull sena;

B. billi, skont ir-riċerka tad-WHO, sal-2030, id-dipressjoni se tkun saret l-aktar marda mifruxa fid-dinja; billi l-għadd ta' persuni b'disturbi tad-dipressjoni u l-ansjetà qed jiżdied b'mod drammatiku kull sena, minn 416-il miljun dijanjostikat fl-1990 għal 615-il miljun fl-2013; billi r-riżultati jissuġġerixxu li dispożizzjoni mentali ottimista hija assoċjata ma' riskju kardjovaskulari aktar baxx, u li l-promozzjoni tal-ottimiżmu u t-tnaqqis tal-pessimiżmu jistgħu jkunu importanti b'mod sinifikanti f'termini ta' kura tas-saħħa preventiva;

1. Jistieden lill-Kummissjoni tiddikjara s-27 ta' Mejju il-"Jum Ewropew tal-Ottimiżmu", li l-għan ewlieni tiegħu jkun li jippromwovi l-ottimiżmu bħala mezz kif tinħoloq klima soċjali aħjar, mod ta' ħajja aktar tajjeb għas-saħħa u prosperità u benessri ġenerali.

 

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Marzu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza