Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B9-0132/2020Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B9-0132/2020

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar Jum tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza min-Nirien

13.3.2020

imressqa skont l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura

Željana Zovko, Kris Peeters, Vladimír Bilčík, Tudor Ciuhodaru, Lefteris Christoforou, Maria da Graça Carvalho, Dominique Bilde, Robert Hajšel, Tomislav Sokol, Tanja Fajon, Tonino Picula, Pascal Arimont, Sunčana Glavak, Ivan Štefanec, Cindy Franssen, Pernille Weiss, Jarosław Duda, Milan Zver, Karlo Ressler, José Manuel Fernandes

B9‑0132/2020

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Jum tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza min-Nirien

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 196 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili[1],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi fl-Ewropa qed naraw għadd inkwetanti ta' nirien kuljum, li qed jikkawżaw ħsara materjali serja, korrimenti u mwiet;

B. billi kull sena, nirien naturali u oħrajn ikkawżati mill-bniedem ipoġġu fil-periklu bliet u rħula, u jipperikolaw liċ-ċittadini tagħhom u lil siti ta' wirt kulturali;

C. billi l-UE għandha tottimizza l-użu tal-istrumenti tagħha, bħan-Netwerk ta' Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili, għall-promozzjoni tas-sikurezza u l-prevenzjoni tan-nirien u għall-edukazzjoni dwarhom;

1. Jappella għat-twaqqif ta' Jum tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza min-Nirien sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tas-sikurezza min-nirien;

2. Jitlob li l-31 ta' Mejju jiġi maħtur bħala Jum tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza min-Nirien bħala att ta' tifkira tan-Nirien Kbar li ħakmu 'l Żagreb fl-1731 u nirien fatali oħrajn fl-istorja tal-Ewropa.

 

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Marzu 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza