Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B9-0161/2020Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B9-0161/2020

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-protezzjoni tal-ekosistema u tat-turiżmu tal-muntanji mill-preżenza dejjem tikber tal-ilpup

15.5.2020

imressqa skont l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura

Mara Bizzotto

B9‑0161/2020

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-protezzjoni tal-ekosistema u tat-turiżmu tal-muntanji mill-preżenza dejjem tikber tal-ilpup

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-lupu jista' jkollu impatt negattiv fuq l-iżvilupp sostenibbli tal-attivitajiet soċjoekonomiċi u tal-ekosistema taż-żoni rurali, kif indikat fir-riżoluzzjoni 2017/2819 tal-Parlament Ewropew;

B. billi fl-Italja f'dawn l-aħħar snin kien hemm proliferazzjoni konsiderevoli tal-ilpup fiż-żoni muntanjużi u fl-għoljiet ta' madwarhom;

C. billi l-preżenza tal-ilpup, inkluż qrib iċ-ċentri ppopolati, tipperikola s-sikurezza taċ-ċittadini u tal-annimali mrobbija fl-irziezet, u l-preżenza tat-turisti fiż-żoni muntanjużi;

D. billi t-turiżmu tal-muntanji u l-attivitajiet ekonomiċi assoċjati miegħu huma essenzjali għall-iżvilupp ta' żoni rurali sħaħ fl-Italja, u jipprevjenu l-perikli marbuta mad-depopolazzjoni u r-riskju idroġeoloġiku;

1. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra miżuri biex jitrażżan it-tixrid tal-ilpup sabiex tiġi protetta s-sopravivenza tal-attivitajiet soċjoekonomiċi tat-territorji muntanjużi u tal-għoljiet ta' madwarhom;

2. Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja u tippromwovi dawk l-attivitajiet, bħat-turiżmu sostenibbli, li għandhom impatt pożittiv fuq l-ekosistemi tal-muntanji.

 

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Ġunju 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza