Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B9-0253/2020Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B9-0253/2020

RAKKOMANDAZZJONI GĦAL DEĊIŻJONI li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-elementi minimi li għandhom jiġu vvalutati mill-ESMA meta tivvaluta t-talbiet ta' CCPs ta' pajjiżi terzi għal konformità komparabbli u l-modalitajiet u l-kundizzjonijiet ta' din il-valutazzjoni

9.9.2020 - (C(20204895) – 2020/2729(DEA))

imressqa skont l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Membru responsabbli: Irene Tinagli

Proċedura : 2020/2729(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B9-0253/2020
Testi mressqa :
B9-0253/2020
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

B9-0253/2020

Abbozz ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-elementi minimi li għandhom jiġu vvalutati mill-ESMA meta tivvaluta t-talbiet ta' CCPs ta' pajjiżi terzi għal konformità komparabbli u l-modalitajiet u l-kundizzjonijiet ta' din il-valutazzjoni

(C(2020)4895 – 2020/2729(DEA))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2020)4895),

 wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2020, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

 wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tat-2 ta' Settembru 2020,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar tranżazzjonijiet[1], u b'mod partikolari l-Artikoli 25a(3) u 82(6) tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

 wara li kkunsidra li ma saret ebda oġġezzjoni fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fi xx ta' Settembru 2020,

A. billi diversi atti delegati li għandhom jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 (EMIR) li ġie emendat reċentement jispeċifikaw il-mod kif ir-regoli tal-EMIR se japplikaw għall-kontropartijiet ċentrali (CCPs) ta' pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi lil ditti tal-Unjoni; billi dawk l-atti delegati se jagħtu effett lis-setgħat imsaħħa tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA); billi s-CCPs ta' pajjiżi terzi li jitqiesu bħala sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi u superviżjoni msaħħa mill-ESMA sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi mas-CCPs tal-Unjoni u tiġi salvagwardjata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni;

B. billi l-Artikolu 25a jipprevedi li CCP ta' pajjiż terz li titqies sistemikament importanti jew li x'aktarx issir sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha (CCP tal-Grad 2) tista' titlob li l-ESMA tivvaluta l-konformità komparabbli tagħha, jiġifieri jekk il-konformità mal-qafas applikabbli tal-pajjiż terz tistax titqies li tissodisfa l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-EMIR;

C. billi dan ir-regolament delegat għandu jidħol fis-seħħ b'urġenza biex tiġi żgurata t-tħejjija tal-Unjoni meta d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika fir-Renju Unit wara l-iskadenza tal-perjodu ta' tranżizzjoni;

1. Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

 

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Settembru 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza