Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B9-0340/2020Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B9-0340/2020

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-protezzjoni tal-ekonomija tagħna mill-akkwiżizzjonijiet barranin

15.10.2020

imressqa skont l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura

Gerolf Annemans, Markus Buchheit, Marco Campomenosi, Filip De Man, Roman Haider, Jaak Madison, Tom Vandendriessche

B9-0340/2020

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-protezzjoni tal-ekonomija tagħna mill-akkwiżizzjonijiet barranin

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni[1],

 wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tas-17 ta'Ġunju 2020 dwar il-kisba ta' kundizzjonijiet ekwi fir-rigward tas-sussidji barranin (COM(2020)0253),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-kriżi tal-coronavirus poġġiet ħafna kumpaniji Ewropej f'sitwazzjoni vulnerabbli meta ffaċċjati b'diffikultajiet finanzjarji; billi l-konsegwenzi soċjoekonomiċi tal-pandemija fil-pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq se jkunu inqas minn dawk fl-Istati Membri tal-UE[2];

B. wara li kkunsidra l-eżitu tal-każ ta' soluzzjoni tat-tilwim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ bejn iċ-Ċina u l-UE fir-rigward tat-trattament tal-ekonomija tas-suq u tal-antidumping;

C. billi eżempji ta' akkwiżizzjonijiet barranin fl-Afrika jiżvelaw strateġija ġeopolitika ddominata min-networks tal-infrastruttura, li toħloq skarsezza artifiċjali ta' ċerta materja prima u li ġġiegħel lill-pajjiżi jkunu dipendenti fuq ċerti pajjiżi terzi b'mod detrimentali għalihom;

1. Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jipprojbixxu akkwiżizzjonijiet aggressivi fis-suq tal-UE minn kumpaniji ta' pajjiżi terzi li huma proprjetà tal-istat jew issussidjati mill-istat, b'mod partikolari fir-rigward tas-setturi strateġiċi;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.

 

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Ottubru 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza