Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B9-0341/2020Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B9-0341/2020

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-kooperazzjoni militari msaħħa tal-Istati Membri fis-Saħel

15.10.2020

imressqa skont l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura

Jordan Bardella

B9-0341/2020

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kooperazzjoni militari msaħħa tal-Istati Membri fis-Saħel

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 42 u 43 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

 

 wara li kkunsidra l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 

A. filwaqt li jfakkar li l-Kunsill Ewropew tat-13 ta' Mejju 2019 għamel mis-Saħel “prijorità strateġika” għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha;

 

B. billi l-gruppi ġiħadisti qed jerġgħu jitfaċċaw u jiżdiedu fir-reġjun;

 

C. filwaqt li jfakkar li Franza ġġorr il-biċċa l-kbira tal-ispiża umana u finanzjarja ta' impenn militari li jiggarantixxi s-sigurtà tal-Istati Membri kollha;

 

D. billi l-Missjonijiet ta' Taħriġ tal-Unjoni Ewropea (EUTM) fis-Saħel huma meħtieġa iżda mhux suffiċjenti;

 

1. Jemmen li l-Istati Membri għandhom juru solidarjetà ma' Franza u mal-Istati tal-G5 tas-Saħel billi jagħmlu kontribuzzjonijiet ta' sura finanzjarji jew loġistika;

 

2. Iqis li l-Istati Membri li jistgħu, għandhom jiskjeraw il-forzi speċjali tagħhom f'operazzjonijiet ta' kumbattiment b'koordinazzjoni mal-forzi armati Franċiżi u reġjonali.

 

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Ottubru 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza