Proċedura : 2020/2896(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0404/2020

Testi mressqa :

B9-0404/2020

Dibattiti :

PV 16/12/2020 - 14
CRE 16/12/2020 - 14

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2020 - 15

Testi adottati :


<Date>{09/12/2020}9.12.2020</Date>
<NoDocSe>B9‑0404/2020</NoDocSe>
PDF 143kWORD 43k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreSuite>imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</TitreSuite>

<TitreRecueil>skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar il-ħtieġa ta' konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri</Titre>

<DocRef>(2020/2896(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Jadwiga Wiśniewska, Margarita de la Pisa Carrión, Dominik Tarczyński, Bogdan Rzońca, Elżbieta Kruk, Derk Jan Eppink, Kosma Złotowski, Joachim Stanisław Brudziński, Andżelika Anna Możdżanowska, Ryszard Antoni Legutko, Beata Kempa, Zbigniew Kuźmiuk, Anna Zalewska, Grzegorz Tobiszowski</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

</RepeatBlock-By>


B9‑0404/2020

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħtieġa ta' konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri

(2020/2896(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 223(2) tat-TFUE,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 240(3) tat-TFUE,

 wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kunsill dwar il-ħtieġa għal konfigurazzjoni dedikata tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (O-000054/2020 – B9‑0025/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-TFUE, kemm il-Parlament kif ukoll il-Kunsill huma primarjament responsabbli għall-organizzazzjoni interna tax-xogħol tagħhom;

B. billi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija waħda mill-valuri ewlenin tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk għandha tiġi riflessa bħala prinċipju orizzontali li l-UE twettaq fl-attivitajiet kollha tagħha;

1. Jinnota li peress li t-TFUE jistipula li l-Unjoni hija obbligata telimina l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa fl-attivitajiet kollha tagħha, il-konfigurazzjonijiet kollha tal-ħidma tal-politika settorjali tal-Kunsill għandhom isegwu dan il-prinċipju orizzontali msemmi hawn fuq;

2. Jisħaq li l-konfigurazzjonijiet tal-Kunsill huma estensivi ħafna u huma stabbiliti b'mod komprensiv biex jippermettu lill-Istati Membri kollha jadattaw b'mod universali l-istrutturi governattivi interni tagħhom għall-konfigurazzjonijiet tal-Kunsill;

3. Jenfasizza li nuqqas ta' konfigurazzjoni formali u forum ta' diskussjoni ddedikati biss għall-għan li tinkiseb l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa ma jfissirx awtomatikament nuqqas ta' impenn f'dan il-qasam; jinnota, f'dan il-kuntest, li l-Kunsill u l-Istati Membri ma jistgħux jiġu sfurzati jallinjaw l-istrutturi organizzattivi tagħhom ma' dawk tal-Kummissjoni u tal-Parlament, peress li dawn il-korpi jvarjaw fin-natura bażika u fl-iskop tal-funzjonament tagħhom;

4. Huwa tal-fehma li l-Kunsill, flimkien mar-rappreżentanti tal-Istati Membri, għandu jkun indipendenti u liberu li jiddeċiedi dwar l-istruttura organizzattiva u l-konfigurazzjonijiet tal-ħidma politika tiegħu stess;

5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

 

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Diċembru 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza