MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-introduzzjoni ta' applikazzjoni konġunta min-naħa ta' żewġ Stati Membri jew aktar fil-qafas tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE
28.1.2021
Gianna Gancia
B9-0103/2021
dwar l-introduzzjoni ta' applikazzjoni konġunta min-naħa ta' żewġ Stati Membri jew aktar fil-qafas tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar id-dimensjoni transkonfinali fil-qasam tat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri (DRR) tas-27 ta' Ġunju 2019,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Fond ta' Solidarjetà tal-UE jista' jiġi attivat bi tweġiba għal talba debita u f'waqtha mressqa mill-korp kompetenti ta' Stat Membru;
B. billi d-diżastri naturali jseħħu indipendentement mill-konfini nazzjonali u għalhekk ir-reazzjoni f'każ ta' emerġenza tirrikjedi dimensjoni transkonfinali;
C. billi ċerti elementi ġeomorfoloġiċi relatati mar-riskju ta' diżastri naturali, bħat-terremoti u l-għargħar, ikkontribwew għad-definizzjoni attwali tal-konfini nazzjonali u għalhekk huma sitwati fl-inħawi tal-konfini;
D. billi l-impossibbiltà li jitressqu applikazzjonijiet konġunti min-naħa ta' żewġ Stati Membri ġirien jew aktar effettivament tipprekludi l-aċċess għar-riżorsi għall-komunitajiet tal-konfini;
1. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra l-introduzzjoni ta' kalkolu kkombinat għal-limitu ta' "diżastru naturali reġjonali" sabiex żewġ Stati Membri jew aktar ikunu jistgħu jissottomettu applikazzjoni konġunta f'każ ta' diżastru reġjonali transkonfinali.