Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B9-0380/2021Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B9-0380/2021

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-protezzjoni tad-demokrazija miċ-ċensura

30.6.2021

imressqa skont l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura

Aurélia Beigneux, Annika Bruna, Markus Buchheit, Gianantonio Da Re, Filip De Man, Catherine Griset, Jean-François Jalkh, Maximilian Krah, Jean-Lin Lacapelle, Hélène Laporte, Gilles Lebreton, Julie Lechanteux, Miroslav Radačovský, Tom Vandendriessche

B9-0380/2021

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-protezzjoni tad-demokrazija miċ-ċensura

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

 

 wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 12 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

 

 wara li kkunsidra l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 

A. Billi d-demokrazija, valur fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tinvolvi l-komunikazzjoni libera tal-ideat politiċi li kulħadd jista' jifforma, iwassal u jirċievi; Billi huwa ta' importanza partikolari fil-kuntest tal-kampanji elettorali u fil-konfront tar-rappreżentanti eletti;

 

B. Billi, madankollu, hija mhedda mir-rikwalifikazzjoni abbużiva u l-instigazzjoni ta' għadd dejjem jikber ta' ideat bħal "diskors ta' mibegħda", kunċett suġġettiv u illeġittimu, u l-filtrazzjoni li l-midja u l-pjattaformi diġitali jimponu fuq l-individwi u d-diskorsi;

 

1. Ifakkar fl-impenn sod tiegħu favur il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni;

 

2. Jenfasizza li l-elezzjonijiet huma l-pedament tad-demokrazija u li r-rappreżentanti eletti u l-kandidati għall-elezzjonijiet għandhom jiġu protetti b'mod partikolari;

 

3. Jenfasizza li l-kriminalizzazzjoni dejjem tikber ta' ideat u kliem komuni u aċċettati hija r-riżultat ta' attentati ta' qfil legali ta' ideat politiċi; jikkundanna dawn l-attentati, li l-estensjoni bla waqfien tagħhom turi n-nuqqas ta' bażi materjali;

 

4. Jitlob li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiggarantixxi din il-protezzjoni b'mod effettiv billi tipprojbixxi r-restrizzjoni ta' kwalunkwe espressjoni ta' rappreżentanti eletti jew kandidati, sakemm ma jkunx hemm ordni dwar dan mill-qorti.

 

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Lulju 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza