Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B9-0450/2023Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B9-0450/2023

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-‘Pjan Mattei’ għar-reġjun Ewro-Mediterranju-Afrikan li kapaċi jiżgura progress fuq l-iskala li lkoll neħtieġu

11.10.2023

imressqa skont l-Artikolu 143 tar-Regoli ta’ Proċedura

Anna Bonfrisco, Susanna Ceccardi

B9‑0450/2023

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar “Pjan Mattei” għar-reġjun Ewro-Mediterranju-Afrikan li kapaċi jiżgura progress fuq l-iskala li lkoll neħtieġu

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 143 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A. billi d-destin tal-Afrika, tar-reġjun tal-Mediterran u tal-Ewropa għandhom jitqiesu bħala konnessi u konverġenti biss jekk impenn reċiproku favur il-paċi, id-dritt internazzjonali, l-istat tad-dritt, id-demokrazija, ir-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat, il-governanza responsabbli, id-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità individwali jkunu l-pedament ta’ kwalunkwe forma ta’ kooperazzjoni;

B. billi l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtieġ li juru tmexxija fil-provvediment ta’ soluzzjonijiet u programmi fit-tul li jistgħu jgħinu lill-pajjiżi l-anqas żviluppati jiġġeneraw id-dħul tagħhom stess u biżżejjed riżorsi domestiċi biex jallokaw liċ-ċittadini tagħhom u jgħinu lill-individwi dipendenti fuq il-bhejjem fl-Afrika jaċċessaw l-ikel u l-ilma u jitgħallmu li hemm perkorsi alternattivi disponibbli għalihom;

1. Jistieden lill-Kunsill biex jiżvela “Pjan Mattei” għar-reġjun Ewro-Mediterranju-Afrikan, li jrid ikun kapaċi jiżgura progress fuq l-iskala li lkoll neħtieġu;

2. Jistieden lill-Kummissjoni tniedi mill-ġdid il-proġett GALSI, li rċieva l-istatus ta’ Proġett ta’ Interess Komuni fl-2013 u l-2015, kif previst fir-Regolament TEN-E, peress li huwa rikonoxxut li jikkontribwixxi għad-diversifikazzjoni tal-provvisti u r-rotot tal-gass lejn is-suq Ewropew.

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Ottubru 2023
Avviż legali - Politika tal-privatezza