Iktar riċerka u innovazzjoni - Investiment għat-tkabbir u għall-impjiegi (dibattitu)
John Attard-Montalto (PSE). – Hu evidenti, Sinjura President, illi l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Ġappun, ħadu lill-Ewropa fejn għandhom x'jaqsmu tlett oqsma vitali. Fejn għandu x'jaqsam it-tkabbir, ir-riċerka u l-produzzjoni.
Aħna nafu illi l-Ewropa tistà tiżviluppa ħafna aktar milli qed tiżviluppa. Nafu wkoll illi l-linji ta' diżimpjieg huma twal wisq. U ħadna atitudni, li naqbdu subgħajna u nippuntawh lejn pajjiżi industrijalizzati riċentement. Illum ngħidu ċ-Ċina, għada l-Indja u pitgħada l-Brażil. Imma dan mhux il-verità, il-verità hija illi l-Ewropa ma qabditx u ħadet f'idejha l-inizjattiva u l-importanza li tagħraf dak li għandu x'jaqsam mar-rinovazzjoni, mar-riċerka u t-teknoloġija u l-informatika.
Fil-fatt aħna mponejna fuqna nnifisna mira ta' tlieta fil-mija mill-GDP. Dan huwa diffiċli biex wieħed jasal qegħdin ngħidu, u l-pajjiżi u jiena nikkonkludi hawn, il-pajjiżi illi huma jibbenefikaw minn fondi strutturali għandhom jiddedikaw parti minn din is-somma għal dan l-għan.