Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
L-Erbgħa, 5 ta' Settembru 2007 - Strasburgu L-edizzjoni tal-ĠU

Spjegazzjonijiet tal-vot
MPphoto
 
 

Test imressaq : B6-0267/2007

  John Attard-Montalto (PSE). – Nixtieq nispjega li mas-sigurtà m'għandux ikun hemm l-ebda kompromess. Aħna rridu napprezzaw dwar li tieħu l-affarijiet ta' natura likwida fuq ajruplan, veru hija ċertu skumdità, veru min-naħa l-oħra wieħed mill-affarijiet li jiddejjaq meta jkollu jarmi l-affarijiet li jkun qed iġorr miegħu, imma min-naħa l-oħra s-sigurtà hija ‘paramount’, is-sigurtà hija l-aħjar ħaġa.

Jekk għandna waħda mis-sikurezzi sigrieti ta' pajjiż ta' l-Ingilterra, qegħdin igħidulna li l-periklu għadu jezisti, il-periklu qiegħed hemm. Wieħed ma jistax jagħmel l-ebda kompromess, u għalhekk wieħed irid joqgħod attent ħafna qabel ma jgħaddi riżoluzzjonijiet, mozzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' din in-natura li ma nidhrux b'xi mod jew ieħor dgħajfa jew fjakki fl-atteġġjament tagħna.

 
Avviż legali - Politika tal-privatezza