Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
L-Erbgħa, 11 ta' Settembru 2013 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Il-lingwi Ewropej fil-periklu ta' estinzjoni u d-diversità lingwistika (A7-0239/2013 - François Alfonsi)
MPphoto
 
 

  Joseph Cuschieri (S&D), bil-miktub. − Il-Parlament Ewropew approva rapport li jitratta d-diversità lingwistika u l-lingwi Ewropej li huma fil-periklu. L-iskop ta’ dan ir-rapport hu li nsibu l-mezzi kif nużaw din id-diversità fl-interess tal-popli Ewropej filwaqt li nistimulaw attività, interess u innovazzjoni f’lingwi li huma inqas użati.

Ta' spiss għamilt enfasi fuq l-importanza tad-diversità lingwistika. Bħad-diversità fin-natura, id-diversità fil-lingwi u l-kulturi Ewropej hi parti importanti mill-wirt ħaj li jsostni l-iżvilupp sostenibbli tas-soċjetajiet tagħna u għalhekk għandhom ikunu salvagwardjati sabiex jibqgħu b’saħħithom fostna. Id-diversità fil-lingwi ssaħħaħ il-wirt kulturali fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali iżda hi wkoll valur intrinsiku Ewropew li jeħtieġ nagħrfu u nużaw tajjeb sabiex noħolqu opportunitajiet għalina u għall-ġenerazzjonijiet futuri. L-għarfien tal-lingwi jkabbar l-opportunitajiet ta’ xogħol għal kulħadd. Il-promozzjoni tal-lingwi kollha fl-Unjoni Ewropea, kemm dawk stabbiliti kif ukoll dawk fil-periklu, hi sfida importanti għalina. Il-lingwi jikkonfermaw l-għeruq tal-kultura Ewropea u tajjeb li dan l-għarfien ikun mifrux speċjalment fost iż-żgħażagħ biex b'hekk niddefendu dak li sawwar l-Ewropa mal-milja tas-sekli. Il-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-multilingwiżmu tinsisti dwar l-importanza li ċ-ċittadini Ewropej jitkellmu żewġ lingwi oħra minbarra l-lingwa materna tagħhom. Din hija sfida ambizzjuza. Għandna niffaċilitaw l-iskambji u l-opportunitajiet għall-istudenti tagħna biex jitgħallmu lingwi ġodda. Din l-opportunità għal ġenerazzjonijiet futuri żżid l-opportunitajiet ta' impjiegi u fl-istess ħin issaħaħ l-ekonomiji tagħna.

 
Avviż legali - Politika tal-privatezza