Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (Selected)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
This document is not available in your language. Please choose another language version from the language bar.

 Index 
 Full text 
Dibattiti
L-Erbgħa, 26 ta' Frar 2014 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

It-tielet programm ta' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) (A7-0224/2012 - Françoise Grossetête)
MPphoto
 

  Joseph Cuschieri, f'isem il-grupp S&D. – Il-Health for Growth Programme li ġie fi żmien ta' bosta sfidi marbutin mal-globalizzazzjoni u l-qagħda ekonomika dgħajfa li qed ikollha effett negattiv qawwi fuq l-Unjoni Ewropea. F’dan il-kuntest, nilqa’ bi pjaċir dan it-tielet programm multiannwali tal-UE dwar is-saħħa għas-snin 2014-2020, għax ifisser li s-saħħa u l-benessri taċ-ċittadin Ewropew huma għalhekk meqjusa bħala investiment sod fil-ġejjieni tagħha.

B’dan il-programm importanti se nkunu qegħdin insaħħu, nappoġġjaw u nżidu l-valur tal-politika tal-Istati Membri biex itejbu s-saħħa taċ-ċittadini tal-UE u jnaqqsu l-inugwaljanza fis-settur tas-saħħa billi jkattru l-innovazzjoni, itejbu l-kwalità fil-kura u fil-ħarsien lill-pubbliku mill-mard u minn theddid ieħor għas-saħħa minn pajjiż għal ieħor.

Għandu jkun sostnut li l-intenzjoni hija li f’dan iż-żmien ta’ kriżi ekonomika fl-Ewropa, is-saħħa għandha tkun xi ħaġa aqwa minn sempliċement u sinonimament marbuta ma’ defiċit finanzjarju. Huwa meħtieġ li jkun hemm riforma fis-sistema ta’ kura tas-saħħa bil-għan li jkun hemm kontroll fuq l-infiq, isseħħ aktar innovazzjoni u tinkiseb aktar profitabilità.

Huwa b’dan il-mod biss li l-Unjoni Ewropea tista’ tlaħħaq mad-domanda għal aktar kura li ġġib magħha popolazzjoni li qed tixjieħ u tibqa’ tipprovdi kura tal-aqwa kwalità lill-ġenerazzjonijiet futuri.

Bit-titjib fis-saħħa tal-anzjani fl-Ewropa nkunu qed innaqqsu t-tbatija li ġġib magħha l-anzjanità waqt li nagħmlu eħfef il-piż li trid iġġorr is-soċjetà fejn jidħol l-infiq fuq ħtieġa ta’ kura, ħarsien u għajnuna medika.

Fil-fehma tiegħi, il-programm għandu jiffoka aktar fuq mard newrodiġenerattiv bħal l-Alzheimer’s u forom oħra ta’ dimensja. Dan il-mard jolqot għadd kbir ta’ nies – aktar minn 7 miljun ruħ fl-Ewropa jbatu min xi forma ta’ dimensja – u jħalli konsegwenzi serji fuq il-kura tas-saħħa, l-ekonomija u s-soċjetà kollha kemm hi. Il-programm għalhekk għandu jitfa’ aktar attenzjoni fuq l-anzjanità u l-mard marbut magħha.

Xi gvernijiet kienu aktar attivi minn oħrajn biex jilqgħu għal dawn l-isfidi. Il-gvern ta’ Malta, pereżempju, qed juri t-triq kif jista’ jkun hemm struttura li permezz tagħha dawk l-aktar fil-bżonn isibu l-appoġġ meħtieġ.

Fl-aħħarnett insostni li t-titjib fis-saħħa tan-nies fl-UE huwa essenzjali. Irridu nżommu quddiem għajnejna id-definizzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa: “Is-Saħħa hija stat komplet ta’ benessri fiżiku, mentali u soċjali u mhux biss nuqqas ta’ mard jew dgħufija.”

 
Legal notice - Privacy policy