Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (Selected)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
This document is not available in your language. Please choose another language version from the language bar.

 Index 
 Full text 
Dibattiti
L-Erbgħa, 12 ta' Marzu 2014 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (A7-0277/2013 - Andrea Zanoni)
MPphoto
 

  Joseph Cuschieri, . - Illum f’dan il-Parlament approvajna direttiva importanti li tittratta l-effetti ta’ proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent.

Bħala membru tal-Kumitat tat-Trasport u t-Turiżmu jien servejt fil-funzjoni ta’ Rapporteur għal Opinjoni dwar id-direttiva u ħafna jqisuha bħala pedina importanti għal politika ambjentali tal-Unjoni Ewropea.

Madwar mitejn tip ta' proġett jaqgħu taħt l-umbrella ta’ din id-direttiva, mill-bini ta’ pontijiet u portijiet sal-industrija tat-trobbija tal-annimali.

Din id-direttiva tgħin sabiex tressaq iktar fil-linja ta’ ħsieb li tirrifletti l-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni Ewropea.

Dwar il-proċedura ta’ screening, din il-proposta se twassal biex ikunu biss dawk il-proġetti li jkollhom impatt qawwi fuq l-ambjent li jkunu suġġetti għall-Environment Impact Assessment.

Dwar is-simplifikazzjoni amministrattiva, din id-direttiva tipproponi perjodi minimi u massimi għall-konsultazzjoni pubblika filwaqt li ser isiru ‘one stop shops’ fl-Istati Membri biex tkun koordinata l-proċedura dwar l-assessjar ambjentali.

Bħala rapporteur tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jien appoġġjajt il-bidliet fid-direttiva proposti mill-Kummissjoni għax nemmen li l-azzjoni fil-livell Ewropew hi neċessarja biex tistabbilixxi ekwità u biex iżżid il-valur tal-ħidma fil-livell nazzjonali. Dan għaliex l-impatt tal-ħidma ambjentali jittraxxendi il-fruntieri nazzjonali.

Fil-fatt, jiena sħaqt li minn dan il-proċess ta’ assessjar ambjentali għandna neżentaw il-progetti li jimmiraw biex jipproteġu l-wirt storiku.

Insistejt ukoll fuq il-ħtieġa li nagħtu kas tad-dimensjoni tat-turiżmu. L-implimentazzjoni ta’ ċerti proġetti tista’ tħalli impatt negattiv fuq it-turiżmu u dan ikun ta’ detriment għall-ekonomija; iktar u iktar jekk it-turiżmu jkun jagħmel parti importanti mill-ekonomija tal-pajjiż involut.

Fl-aħħar nett nemmen li din id-direttiva, kif riveduta, tiffoka aħjar fuq il-ħtieġa ambjentali għall-bidla fil-klima u l-biodiversità filwaqt li żżid il-koerenza u t-trasparenza amministrattiva kif ukoll tkabbar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku f’dan il-proċess.

 
Legal notice - Privacy policy