Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (twettiq ta' attivitajiet ta' farmakoviġilanza fir-rigward ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem) (A7-0476/2013 - Linda McAvan)
Claudette Abela Baldacchino (S&D), bil-miktub. - Huwa tajjeb li nieħdu passi biex fis-suq niggarantixxu mediċina li tkun sigura. Imma dan mhux biżżejjed. Irridu naraw kif nassiguraw li kulħadd ikollu aċċess għall-mediċina li jkollu bżonn. Bin-numru ta' nies li jgħixu fil-faqar jew f'riskju ta` faqar dejjem jiżdied, wisq nibża' li qiegħed jiżdied ukoll in-numru ta' dawk li jkollhom bżonn xi mediċina u jkollhom jiċċaħħdu minnha minħabba li ma jkollhomx il-mezzi biex jakkwistawha. Nemmen li kulħadd jaqbel li kull individwu għandu jkollu aċċess għall-kura li jkollu bżonn, imma bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti. Ejjew inkomplu nistinkaw biex anke f'dan il-qasam ikollna Ewropa aktar soċjali li tieħu ħsieb l-egħżeż ħaġa li għandu kull individwu - is-saħħa.