Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
L-Erbgħa, 16 ta' April 2014 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Ambjent ospitabbli biex l-intrapriżi, in-negozji u n-negozji ġodda joħolqu l-impjiegi (A7-0101/2014 - Anthea McIntyre)
MPphoto
 

  Joseph Cuschieri (S&D). - Il-qgħad huwa wieħed mill-isfidi l-kbar tal-Ewropa. F'Lulju 2013, ir-rata tal-qgħad fl-Unjoni Ewropea kienet ta' 11[nbsp ]%, u għal xi wħud mill-Istati Membri kienet 'il fuq mill-20[nbsp ]%. L-Ewropa 2020 għandha l-mira li tlaħħaq il-75% ta’ impjiegi attivi u dan tista' tagħmlu jekk jirnexxiela toħloq l-ambjent addattat sabiex jinħolqu l-impjiegi

Irridu niftakru fil-prinċipju li huma n-negozji, l-impriżi ż-żgħar u l-innovaturi li joħolqu x-xogħol u jġibu fis-seħħ il-pjanijiet u d-dokumenti li l-Unjoni Ewropea tippubblika dwar it-tkabbir ekonomiku. In-negozji jistgħu joħolqu x-xogħol jekk is-suq jippermettilhom u jekk ikun hemm biżżejjed ħaddiema mħarrġa. Hemm il-ħtieġa wkoll li l-ispiża tax-xogħol tkun kollegata mal-ispiża tal-produzzjoni u li r-regoli tas-suq ikunu proporzjonati.

Nemmen li għandna dejjem nagħmlu minn kollox sabiex noħolqu l-ambjent adattat li jippermetti lin-negozji u l-impriżi ż-żgħar sabiex joħolqu x-xogħol.

Irridu naħdmu sabiex nenfasizzaw sens ta' intrapriża fiż-żgħażagħ tagħna. B'mod partikolari, nilqa' inizjattivi innovattivi li jgħinu imprendituri żgħażagħ bħall-programm CREATE; ERASMUS għall-imprendituri żgħar, kif ukoll l-Istrateġija 2020 favur l-Imprenditorjat.

 
Avviż legali - Politika tal-privatezza