Miriam Dalli,Rapporteur. – Grazzi Chair, ippermettili, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lix-Shadow Rapporteurs għaliex hija bl-attitudni tagħhom li qegħdin hawnhekk illum, u grazzi lil din il-Kamra li fehmet li din hija liġi fejn verament irridu nkunu ambizzjużi. F’dan ir-rigward, nixtieq għalhekk nitlob il-mandat biex, abbażi tal-Artikolu 59, paragrafu 4, subparagrafu 4, tar-Regoli ta’ Proċedura, inkunu nistgħu nagħtu bidu għan-negozjati interistituzzjonali.
Grazzi
(El Parlamento aprueba la devolución del asunto a la comisión competente con vistas a la celebración de negociaciones interinstitucionales).