Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
L-Erbgħa, 27 ta' Novembru 2019 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

In-negozjati li għaddejjin għal Ftehim ta' Sħubija ġdid UE-AKP (dibattitu)
MPphoto
 

  Alex Agius Saliba (S&D). – Sinjura President, minn meta ġie adottat il-Ftehim ta' Cotonou għoxrin sena ilu, id-dinja nbidlet b'mod mill-aktar sinifikanti. Għalhekk in-negozjati tagħna fil-Ftehim il-ġdid AKP-UE għandhom iwasslu kunsens politiku ambizzjuż u komprensiv illi javvanza żvilupp sostenibbli u inklużiv, u jiffoka fuq il-prijoritajiet imfassla, bħad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, it-tkabbir ekonomiku u l-investiment, it-tibdil fil-klima, il-qerda tal-faqar, il-paċi u s-sigurtà, il-migrazzjoni u l-mobbiltà.

Barra minn hekk nixtieq ukoll nenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tad-dimensjoni parlamentari tal-futur, fejn jeħtieġ illi tkun assigurata responsabbiltà demokratika fil-livelli kollha. Għalhekk huwa essenzjali illi l-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE tkompli tiltaqa' darbtejn fis-sena fit-totalità tagħha fis-sessjoni plenarja u darba fis-sena f'kull waħda mit-tliet reġjuni.

Ix-xhur li ġejjin se jkunu kruċjali hekk kif wasalna biex nidħlu f'era ġdida fir-relazzjoni tagħna mal-pajjiżi AKP, li se jippermettu wkoll l-iżviluppi ulterjuri għar-relazzjonijiet tagħna bħala "kontinent ma' kontinent" Afrikan.

 
Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Frar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza