Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
It-Tlieta, 17 ta' Diċembru 2019 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

L-Istat tad-Dritt f'Malta, wara r-rivelazzjonijiet reċenti dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia (dibattitu)
MPphoto
 

  David Casa (PPE). – Sur President, nibda billi nitlob skuża, skuża għall-mod kif aġixxa u għadu qed jaġixxi l-Gvern Malti. Onestament, qatt ma emmint illi nista' nasal biex nistħi mill-Gvern ta' pajjiżi daqskemm qed nistħi llum. Nistħi mill-klikka ta' kriminali li ħadu l-Gvern Malti f'idejhom. Nistħi mill-istituzzjonijiet ta' pajjiżi li m'għamlux xogħolhom. Nistħi li qatlu lil Daphne Caruana Galizia.

Però, il-Gvern Malti mhuwiex Malta. Dawn il-ftit kriminali ma jirrappreżentawx lill-poplu Malti u Għawdxi. Il-poplu Malti u Għawdxi ta' veru qiegħed fit-toroq jipprotesta f'pajjiżi. Poplu reżiljenti, poplu b'saħħtu, poplu li huwa kuraġġuż. Dawn huma l-vera Maltin ta' pajjiżi. U filwaqt li l-Gvern Malti jġiegħlni nistħi, il-poplu Malti lili jagħmilni kburi. Kburi li aħna ma nħallux lil min ikasbarna. Kburi li aħna nagħrfu li fost l-aqwa ġurnalisti li kien hawn f'dan il-kontinent, Daphne hija waħda minnhom. Daphne hija l-vera Maltija.

Issa però, irridu azzjoni fuq livell Ewropew. Daqshekk kliem vojt, sentenzi vagi, u wegħdiet ta' monitoring. Azzjoni issa mill-Kunsill li huma assenti llum u mill-Kummissjoni biex taqdu dmirkom. Qumu minn hemm u pproteġu lill-poplu Malti u Għawdxi. Aċċertaw illi l-istituzzjonijiet tagħna jkunu fuq in-naħa taċ-ċittadini. Il-poplu Malti u Għawdxi għandu d-dritt għal dan kollu. Jien kburi li flimkien ma' Roberta (Metsola) ninsabu mal-poplu Malti u Għawdxi. Kburi li jien parti minn din il-familja hawnhekk illi dejjem, dejjem f'dawn is-sentejn kienet favur il-poplu Malti u Għawdxi!

 
Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Frar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza