Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
L-Erbgħa, 12 ta' Frar 2020 - Strasburgu Verżjoni proviżorja

Ewropa soċjali f'dinja diġitali (dibattitu topiku)
MPphoto
 

  David Casa (PPE). – Sinjura President, it-teknoloġija qed tbiddel il-mod ta’ kif naħdmu, kif nistudjaw, kif nitħarrġu. Qed toħloq ukoll tipi ta’ xogħlijiet ġodda u l-konnettivitá tagħtina opportunitajiet ġodda, imma tfisser ukoll sfidi ġodda għalina.

Id-Direttiva tal-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol li nnegozjajt b’suċċess fil-leġiżlatura li għaddiet tindirizza dan l-iżvilupp kollu. Se tkun aktar faċli għan-nisa li jidħlu u jibqgħu fid-dinja tax-xogħol biex innaqqsu l-qgħad kif ukoll biex innaqqsu d-differenza gravi li għandna fil-pagi u fil-pensjonijiet bejn l-irġiel u n-nisa.

Jien nilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li qed tagħmel l-istrateġija, għaliex qed niffaċċjaw sfidi psikoloġiċi f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-mobile phones u l-laptops. Id-dritt magħruf bħala r-“right to disconnect” għandu jkun parti minn dan il-proċess.

Għal dawn ir-riskji ġodda l-ħaddiema Ewropej għandhom ikunu salvagwardjati u jkollna salvagwardji ġodda. U rridu nkunu aħna fuq quddiem biex nassiguraw li d-drittijiet ikunu aċċessibbli għal kulħadd.

 
Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Marzu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza