Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
L-Erbgħa, 12 ta' Frar 2020 - Strasburgu Verżjoni proviżorja

Sistema ta' Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online (FADO) (dibattitu)
MPphoto
 

  Roberta Metsola, Rapporteur. – Segwejt b’attenzjoni l-interventi li saru u nirringrazzja l-appoġġ, nista’ ngħid, unanimu f’din il-Kamra, għal din il-liġi. Naħseb li huwa importanti li nisħqu għal darb’oħra dwar xiex qed nitkellmu hawnhekk.

Il-FADO hija sistema li ġiet maħluqa biex tagħti appoġġ lill-membri tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm qsim ta’ informazzjoni mingħajr dewmien ta’ dokumenti ġenwini, [dawk] iffalsifikati jew addirittura mbagħbsa.

L-użu ta’ dokumenti ffalsifikati fiż-żona Schengen żdied, kif qalu l-kollegi tiegħi, b’mod konsiderevoli matul is-snin, u speċjalment fl-aħħar snin u għalhekk huwa essenzjali li nieħdu azzjoni. Il-mod kif jiġu ffalsifikati qed jinbidel u għaldaqstant irridu nkunu dejjem pass qabel min għandu intenzjonijiet ħżiena. U b’hekk inkunu nistgħu nassiguraw il-protezzjoni aħjar tal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea, inħarsu l-moviment sħiħ tal-persuni, li huwa punt, per prinċipju, fundamentali li għandna u niffaċilitaw il-moviment tan-nies bejn il-fruntieri li jkunu qed iġorru fuqhom dokument ta’ identità, vjaġġar jew residenza valida.

Dan jgħin lill-awtoritajiet biex jidentifikaw dokumenti li huma ffalsifikati b’għodod li jeħtieġu u li ilhom jitolbu sabiex sempliċiment ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom u dan kollu jkollu effett pożittiv li jiġu protetti d-drittijiet tal-persuni li l-identità tagħhom tkun qed sfortunatament tiġi użata miċ-ċrieki kriminali, naturalment mingħajr ma jkunu jafu li qed isir abbuż mill-identità tagħhom.

Nixtieq nirrispondi wkoll għal intervent partikolari mill-kollegi tiegħi, minn tal-Partit tal-Ħodor; irnexxielna nsibu l-bilanċ bejn il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u s-sigurtà. Dak li għamilna u ddiskutejna mhuwiex il-bidu u t-tmiem, fejn jidħlu l-ġlieda kontra l-kriminalità, imma dak li qed nagħmlu huma elementi essenzjali meta jiġu magħquda ma’ miżuri oħra.

Jiena, Sur President, nagħlaq dan id-dibattitu billi nappella biex għada ningħaqdu f’din il-Kamra b’appoġġ u nivvutaw favur din il-liġi.

 
Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Marzu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza