Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
L-Erbgħa, 12 ta' Frar 2020 - Strasburgu Verżjoni proviżorja

Internet aħjar għat-tfal (dibattitu)
MPphoto
 

  Alex Agius Saliba (S&D). – Għalkemm l-internet joffri diveri opportunitajiet, dan qiegħed ukoll ipoġġi quddiemna diversi riskji speċjalment għall-aktar persuni vulnerabbli fis-soċjetà tagħna – b’mod speċjali t-tfal.

Fid-dinja diġitali, it-tfal jistgħu jkunu, anzi huma spiss esposti għal materjal illegali, kontenut perikoluż, imġiba bħal cyber-bullying, fastidju sesswali, pornografija tal-minorenni u vjolenza. Illum it-tfal qed jgħixu f’dinja u realtajiet digitali li jilagħbu rwol importanti ħafna f’ħajjithom, realtajiet bħal dawk illi jirrikrejaw rwieħom, jilagħbu, jitkellmu ma’ sħabhom u anki jieħdu formazzjoni edukattiva.

Fil-preżent għandna diġà għodod li jgħinu lit-tfal tagħna sabiex jaffrontaw riskji f’realtajiet barra mid-dinja digitali. Iżda nistaqsi, għandna l-għodda meħtieġa, il-protezzjoni, l-għarfien u s-salvagwardji sabiex it-tfal ikunu siguri wkoll fuq bażi online?

Ilkoll kemm aħna għandna responsabilità morali billi nipprovdu dinja diġitali aktar sigura għat-tfal tagħna. Irridu għalhekk li l-Kummissjoni, b’mod urgenti, tirrispondi b’mod effiċjenti u effikaċi għal dawn ir-realtajiet diġitali sabiex id-dinja online tkun waħda aktar sigura għal uliedna.

 
Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Marzu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza