Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Rapporti verbatim tad-dibattiti
XML 1k
L-Erbgħa, 16 ta' Settembru 2020 - Brussell Edizzjoni riveduta

L-Istat tal-Unjoni (dibattitu topiku) (tkomplija tad-dibattitu)
MPphoto
 
 

  Josianne Cutajar (S&D), bil-miktub. – Huma sinjali sbieħ li rċevejna f’dan l-indirizz storiku. Hija sensazzjoni tassew pożittiva li tara empatija mill-Kummissjoni Ewropea lejn dawk iċ-ċittadini li sofrew l-aktar fl-aħħar xhur f'’din is-sitwazzjoni bla preċedent u lejn dawk iċ-ċittadini li anke l-qadi ta’ dmirijiethom kien jitlob aktar kuraġġ. Nisslet sensazzjoni pożittiva wkoll il-viżjoni, imma fuq kollox ir-rieda, li qed naraw biex nattwaw il-miri iebsa li poġġejna quddiemna biex nimmodernizzaw u niddiġitalizzaw l-industrija u l-ekonomija, biex nagħmluhom iktar nodfa, aħjar għal saħħitna u għad-dinja tagħna stess. Imma meta nħares madwari nara mkejjen tal-Unjoni li jinsabu fi stat differenti minn oħrajn. Nara mwiet iseħħu b’regolarità fl-ibħra li jdawruna. Nara ċrieki kriminali jużaw l-istess sistema li din l-Unjoni ddefendiet għal tant snin. Ma narax solidarjetà biex din l-isfida komuni, kif issejħilha l-President, nindirizzawha b’mod konġunt. Aħna nafu li hija sfida Ewropea u ilna nafu sew. Sar wisq ħin biex nistennew għas-solidarjetà. Intilfu wisq ħajjiet. Iċ-ċittadini fil-pajjiżi tal-fruntieri ma jistgħux jistennew iżjed sa ma l-Ewropej l-oħra tniggiżhom il-kuxjenza. Sforz fir-ripatrijazzjoni ta’ min ma jikkwalifikax għal protezzjoni huwa punt bażiku li tajjeb nitilqu minnu, iżda l-Patt il-ġdid dwar il-Migrazzjoni jrid jinkludi pjan ta’ rilokazzjoni mandatorja biex verament nibdew naraw u nemmnu fil-ġustizzja.

 
Aġġornata l-aħħar: 15 ta' April 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza