Index 
 Anterior 
 Seguinte 
 Texto integral 
Relato integral dos debates
XML 4k
Segunda-feira, 14 de Dezembro de 2020 - Bruxelas Edição revista

21. Período de votação
Vídeo das intervenções
Ata
MPphoto
 

  Il-President. – Qabel ma nagħti l-kelma lill-Kummissarju Hahn, niftaħ is-sessjoni ta' votazzjoni tal-lum.

Se nivvotaw dwar il-fajls kif indikat fl-aġenda. Is-sessjoni ta' votazzjoni se tkun miftuħa mis-18.30 sat-19.45. Il-votazzjonijiet se jsiru bl-istess metodu użat fis-sessjonijiet parzjali li għaddew.

Għar-rapport tal-Onor. Adinolfi dwar il-ħatra proposta ta' Marek Opioła bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri, il-votazzjoni se ssir permezz ta' vot sigriet.

Il-Membri se jkunu jistgħu jitfgħu l-vot tagħhom bil-mod tas-soltu, iżda l-polza tal-vot li jirċievu għall-firma mhijiex se turi l-mod kif ivvotaw iżda biss il-fatt li jkunu vvotaw. Il-votazzjonijiet l-oħra kollha se jsiru b'sejħa tal-ismijiet.

L-ispjegazzjonijiet tal-vot jistgħu jiġu ppreżentati bil-miktub. B'mod eċċezzjonali se jiġu aċċettati spjegazzjonijiet tal-vot li jkun fihom massimu ta' 400 kelma.

Niddikjara issa miftuħa s-sessjoni ta' votazzjoni. Għandkom sat-19.45 biex tivvotaw.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet se jitħabbru għada fid-08.45.

 
Última actualização: 11 de Maio de 2021Aviso legal - Política de privacidade