Il-President. – Qabel ma nkomplu bid-dibattiti, niftaħ l-ewwel sessjoni ta' votazzjoni tal-lum.
Se nivvotaw dwar il-fajls kif indikati fl-aġenda.
Is-sessjoni ta' votazzjoni se tkun miftuħa mid-09.30 sal-10.45.
Il-votazzjonijiet se jsiru bl-istess metodu użat fis-sessjonijiet ta' votazzjoni preċedenti.
Il-votazzjonijiet kollha se jsiru b'sejħa tal-ismijiet.
Niddikjara miftuħa l-ewwel sessjoni ta' votazzjoni. Għandkom sal-10.45 biex tivvotaw.
Ir-riżultati tal-ewwel sessjoni ta' votazzjoni se jitħabbru fis-13.00.