Il-President. – Qabel ma ngħaddi għall-kelliem li jmiss, ngħaddu issa għall-ewwel sessjoni ta' votazzjoni tal-lum.
Se nivvotaw dwar il-fajls kif indikati fl-aġenda.
Is-sessjoni ta' votazzjoni se tkun miftuħa mis-13.00 sas-14.15.
Il-votazzjonijiet se jsiru bl-istess metodu użat fis-sessjonijiet parzjali li għaddew.
Il-votazzjonijiet kollha se jsiru b'sejħa tal-ismijiet.
L-ispjegazzjonijiet tal-vot jistgħu jiġu ppreżentati bil-miktub. B'mod eċċezzjonali se jiġu aċċettati spjegazzjonijiet tal-vot li jkun fihom massimu ta' 400 kelma.
B'hekk niddikjara miftuħa s-sessjoni ta' votazzjoni. Għandkom sas-14.15 biex tivvotaw.
Ir-riżultati ta' din is-sessjoni ta' votazzjoni mbagħad se jitħabbru fis-19.00 tal-lejla.