Il-President. – Qabel ma ngħaddi għall-kelliema li jmiss, se niftaħ l-ewwel sessjoni ta' votazzjoni tal-lum.
Se nivvotaw dwar il-fajls hekk kif inhuma indikati fl-aġenda.
Is-sessjoni ta' votazzjoni se tkun miftuħa mis-13.00 sas-14.15 u l-votazzjoni se ssir bl-istess metodu użat fis-sessjonijiet ta' votazzjoni preċedenti.
Il-votazzjonijiet kollha se jsiru b'sejħa tal-ismijiet.
Niddikjara għalhekk l-ewwel sessjoni ta' votazzjoni miftuħa.
Għandkom sas-14.15 biex tivvotaw u r-riżultati se jitħabbru fis-19.00.