Il-President. – Il-President irċieva mill-Kunsill il-pożizzjonijiet tiegħu fl-ewwel qari u r-raġunijiet li wassluh biex jadottahom u l-pożizzjonijiet u l-opinjonijiet tal-Kummissjoni.
It-titoli se jitħabbru fil-minuti ta' din is-seduta.
Il-perjodu ta' tliet xhur biex il-Parlament jagħti l-opinjoni tiegħu għalhekk jibda jiddekorri mid-data ta' għada, il-25 ta' Ġunju 2021.