Il-President. – Nixtieq inħabbar ukoll li fir-rigward tad-deċiżjonijiet mid-diversi Kumitati biex jidħlu f’negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 71(1), imħabbra fil-ftuħ tas-seduta nhar it-Tnejn 18 ta’ Ottubru:
irċevejt talbiet għal żewġ votazzjonijiet fil-Parlament skont l-Artikolu 71(2) mill-Grupp tal-Ħodor u mill-Grupp tax-Xellug wara deċiżjonijiet tal-Kumitat LIBE li jidħol f’negozjati dwar il-proposta għal regolament dwar it-tisħiħ tal-mandat tal-Europol u dwar il-proposta għal regolament dwar it-tisħiħ ukoll tal-mandat tal-Europol - l-ewwel wieħed dwar il-kooperazzjoni ma’ partijiet privati, l-ipproċessar ta’ data personali u appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni, u t-tieni wieħed dwar id-dħul ta’ twissijiet fis-SIS.
Il-votazzjonijiet ser isiru għada fl-ewwel seduta ta’ votazzjoni mill-9.45 sal-11.00.
Rigward id-deċiżjonijiet l-oħra għad-dħul fin-negozjati, ma rċevejt l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament minn Membri jew minn grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju.
Il-Kumitati jistgħu għalhekk jibdew in-negozjati abbażi ta’ dawn ir-rapporti.