Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Rapporti verbatim tad-dibattiti
XML 2k
It-Tnejn, 6 ta' Ġunju 2022 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Il-gżejjer tal-UE u l-politika ta' koeżjoni (dibattitu)
MPphoto
 

  Josianne Cutajar, f'isem il-grupp S&D. – President, Sur Kummissarju, ukoll ir-rapporteur, kollegi li ħdimna flimkien. L-isfidi li jaffaċċjaw ta' kuljum il-gżejjer Ewropej ilhom snin jiġu injorati. Jien li ġejja mill-gżira t'Għawdex nesperjenza b'mod dirett l-iżvantaġġ ġeografiku u l-effetti tiegħu. Hekk ukoll jesperjenzawhom ċittadini oħrajn li jitħabtu man-nuqqas ta' trasport adegwat u affordabbli. U n-negozji tagħna li qed iġorru l-ispejjeż żejda relatati mal-insularità, anke dawk relatati mal-pandemija u l-gwerra.

Din is-sitwazzjoni hemm bżonn li nindirizzawha. L-iżvantaġġi permanenti li jaffaċċjaw il-gżejjer tagħna jeħtieġu soluzzjonijiet permanenti. Din hi r-raġuni għax qed inħeġġu lill-Kummissjoni Ewropea tidħol f'patt mal-gżejjer Ewropej. Hemm bżonn ta' azzjonijiet tanġibbli biex jiġu megħjuna dawn il-gżejjer. Dan anke biex ikun hemm kundizzjonijiet aktar ugwali maż-żoni aktar ċentrali.

Bil-flessibbiltà kontinwa rigward għajnuna fuq l-Istat, għall-appoġġ lin-negozji ż-żgħar, bit-tisħiħ tal-konnettività għat-turiżmu sostenibbli; dawn kollha huma eżempji konkreti ta' kif nistgħu ngħinu lill-gżejjer tagħna biex ma jaqgħux lura fil-qalba diġitali u, b'mod speċjali, fil-qalba ambjentali li rridu nagħmlu.

Din il-ġimgħa se nivvutaw fuq il-pakkett ambjentali "Fit for 55", pakkett b'mira u ambizzjonijiet essenzjali iżda li għad ma jikkunsidrax b'mod adegwat ir-realtajiet li jaffaċċjaw il-gżejjer tagħna. Niftakru li aħna niddependu fuq trasport bil-baħar u l-ajru, u għandu jkollna għajnuna speċifika fir-rigward. Għalhekk l-inklużjoni tal-gżejjer fuq l-aġenda politika tal-Unjoni Ewropea hija l-unika triq 'il quddiem biex nindirizzaw din ir-realtà. Triq li ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tar-reġjuni periferali tal-Unjoni. Din hi, wara kollox, kwistjoni ta' moviment ħieles u ġustizzja soċjali mal-gżejjer tagħna, mal-Maltin, l-Għawdxin u ċ-ċittadini ġejjin mill-gżejjer Ewropej kollha. Grazzi u nħeġġiġkom tingħaqdu magħna favur dan ir-rapport u favur din il-ħidma.

 
Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Settembru 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza