Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
PDF 37kWORD 26k
6 ta' April 2010
E-0409/2010(ASW)
Tweġiba mogħtija mis-Sur Šemeta f'isem il-Kummissjoni
Referenza tal-mistoqsija: E-0409/2010

Fl-1 ta' Jannar 2009, wara l-proċedura ta' ksur miftuħa mill-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta' Malta milli tikkonforma mal-Artikolu 110 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 90 tat-Trattat tal-KE), iddaħħlet provviżorjament f'Malta sistema tat-taxxa tar-reġistrazzjoni ġdida fuq il-vetturi (għall-vetturi tal-passiġġieri biss), permezz ta' Proklamazzjoni tal-President. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-Att tat-Taxxa tar-Reġistrazzjoni fuq il-Vetturi ġew finalment adottati mill-Parlament Ewropew f'April tal-2009.

Is-sistema l-ġdida hija bbażata fuq kriterji bħalma huma: emissjonijiet tas-CO2; emissjonijiet tal-partikulati (fil-każ ta' karozzi li jaħdmu bid-diżil); it-tul tal-vettura; kif ukoll ir-referenza tal-“valur ta' reġistrazzjoni” tal-vettura.

Wara li ġew studjati l-emendi, il-Kummissjoni esprimiet ċerti dubji dwar, fost l-oħrajn, il-mezzi li permezz tagħhom l-awtoritajiet Maltin jivvalutaw il-“valur tar-reġistrazzjoni”.

F'Novembru tal-2009, l-awtoritajiet Maltin informaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jemendaw parzjalment il-metodu attwali li bih jivvalutaw il-valur tal-vetturi sabiex jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni.

L-emendi inkwistjoni daħlu fis-seħħ f'Jannar 2010.

L-awtoritajiet Maltin informaw ukoll lill-Kummissjoni li fl-1 ta' Jannar 2010, iddaħħlu provviżorjament id-dispożizzjoniet il-ġodda dwar it-taxxa tar-reġistrazzjoni ta' vetturi li jġorru l-merkanzija, permezz ta' Proklamazzjoni tal-President.

Attwalment, il-Kummissjoni qed tistenna iktar tagħrif mingħand l-Awtoritajiet Maltin rigward is-sistema tat-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, sabiex tkun tista' tivvaluta jekk l-emendi humiex f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE kif interpretata mill-Qorti.

Avviż legali - Politika tal-privatezza