Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
PDF 28kWORD 30k
6 ta' Mejju 2010
E-1423/2010(ASW)
Tweġiba mogħtija mis-Sur Šemeta f'isem il-Kummissjoni
Referenza tal-mistoqsija: E-1423/2010

Il-Kummissjoni hija konxja mill-fenomenu ta' “serq ta' numri tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT)” u tqis li l-użu ta' numru tal-VAT ta' kummerċjant ieħor meta wieħed jixtri oġġetti minn barra 'l pajjiż huwa reat daqs kemm huwa reat li wieħed juża dokumenti foloz (bħal fatturi). Din il-prattika għandha għalhekk tkun soġġetta għall-proċeduri amministrattivi u kriminali li huma ekwivalenti fil-livell nazzjonali.

Is-serq ta' numru tal-VAT hu wkoll wieħed minn bosta mekkaniżmi kumplessi użati fi skemi frodulenti transkonfinali tal-VAT. Li wieħed jiġġieled u jeqred dan it-tip ta' frodi ħafna drabi jinvolvi l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet fiskali ta' Stati Membri differenti.

Għalhekk, f'Mejju 2006, il-Kummissjoni ressqet Komunikazzjoni(1) bil-għan li jitnieda dibattitu fil-fond fil-livell tal-UE dwar il-ħtieġa ta' approċċ koordinat fil-ġlieda kontra l-frodi fiskali.

Il-grupp ta' esperti tal-Istrateġija Kontra l-Frodi Fiskali (l-ATFS), li jinvolvi l-esperti mill-Istati Membri kollha, inħoloq sabiex isegwi din il-Komunikazzjoni.

Il-grupp ta' esperti ppropona sensiela ta' miżuri potenzjali. Id-deliberazzjonijiet li għamlu l-esperti servew ta' reazzjoni sinifikanti għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li ħarġet f'Diċembru 2008 dwar strateġija koordinata biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fl-Unjoni Ewropea(2). Din il-Komunikazzjoni tistipula pjan ta' azzjoni u skeda koerenti implimentati fuq perjodu qasir ta' żmien għall-miżuri leġiżlattivi sabiex l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jkollhom iktar għarfien dwar kif jeliminaw jew jidentifikaw każijiet ta' frodi tal-VAT u sabiex jiġbru t-taxxi.

Minn dak in-nhar, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposti kollha mħabbra f'dik il-Komunikazzjoni mill-2008 'l hawn. Madankollu, ir-riżultat ta' dawn il-miżuri l-ġodda se jiddependi fuq dak li għad irid jiġi adottat mill-Kunsill u matul liema perjodu ta' żmien u fuq kif l-Istati Membri se jimplimentaw fil-prattika dawn l-istrumenti l-ġodda b'mod effettiv.

Il-ħila tal-Kummissjoni li tiġġieled il-frodi tal-VAT għandha tirrispetta l-mod kif inhuma maqsuma l-kompetenzi bejn l-UE u l-Istati Membri. L-organizzazzjoni u t-tmexxija tas-sistemi fiskali huma primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri. Għalhekk, il-valutazzjoni, il-ġbir, il-verifika u l-irkupru tal-VAT jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri.

Ir-rwol tal-Kummissjoni hu li tiżgura qafas legali solidu għal sistema komuni tal-VAT fis-suq intern tal-UE, u kooperazzjoni amministrattiva mtejba bejn l-Istati Membri, u li tgħin sabiex toħloq oqfsa organizzazzjonali li jippermettu din it-tip ta' kooperazzjoni.

(1)COM(2006) 254 finali.
(2)COM(2008) 807 finali.

Avviż legali - Politika tal-privatezza