Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
PDF 29kWORD 27k
3 ta' Ġunju 2010
E-2657/2010(ASW)
Tweġiba tas-Sur Andor f'isem il-Kummissjoni
Referenza tal-mistoqsija: E-2657/2010

F'Ġunju 2009 l-Kummissjoni ħarġet Opinjoni Motivata skont l-Artikolu 226 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar in-nuqqas ta' konformità tar-Regolamenti ta' Malta tal-2007 dwar il-Kuntratti ta' Servizz għal Terminu ta' Żmien Fiss (Avviż Legali 51/07) (kif emendat permezz tal-Avviż Legali 239/08) (“ir-regolamenti prinċipali”) mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 dwar il-ftehim ta' qafas dwar xogħol b'termini fissi milħuq mill-ETUC, UNICE u CEEP(1) (“id-Direttiva”). 

F'Diċembru 2009 l-awtoritajiet Maltin innotifikaw lill-Kummissjoni dwar ir-Regolamenti (emendati) tal-2009 dwar il-Kuntratti ta' Servizz għal Terminu ta' Żmien Fiss (Avviż Legali 376/2009), li emendaw għal darb'oħra r-regolamenti prinċipali. Dawn tal-aħħar, skont kif ġew emendati, jistqarru li ma japplikawx għal:

(a) persuni appuntati biex jaqdu dmirhom f'bord ta' awtorità mwaqqfa bil-liġi jew awtorità pubblika, kummissjoni, kumitat, korporazzjoni jew il-bord ta' kwalunkwe persuna ġuridika mwaqqaf bil-liġi jew xi entità fis-settur pubbliku oħra kif imsemmi fl-Artikolu 80(3) tal-Att [Impjieg u Relazzjonijiet Industrijali];
(b) l-inkarigu jew l-inkarigi ta' responsabbiltajiet partikolari jew miri ta' ħidma, fil-kuntest ta' kuntratt indefinit ta' impjieg, li jkunu għal perjodu, waħedhom jew meħuda flimkien, li ma jaqbiżx erba' snin:

Kemm-il darba fil-kalkolu tal-perjodu ta' erba' snin jiġu inklużi perjodi ta' pawża sa tliet xhur f'inkarigu jew bejn inkarigi suċċessivi li jkunu sostanzjalment tal-istess natura;

(c) persuni li jkunu qed jagħmlu taħriġ jew esperjenza ta' xogħol taħt skema ta' taħriġ jew apprendistat jew borża ta' studju jew trainee scheme approvati.

Il-Kummissjoni analizzat l-effett ta' din il-leġiżlazzjoni li temenda, inklużi l-kategoriji li ġew esklużi (elenkati hawn fuq) u se tasal għal deċiżjoni dalwaqt dwar kif tipproċedi b'dan il-fajl. Hija se taġġorna lill-Onorevoli Membru meta tkun ittieħdet din id-deċiżjoni.

(1)ĠU L 175, 10.7.1999

Avviż legali - Politika tal-privatezza