Mistoqsija Parlamentari - E-009002/2011(ASW)Mistoqsija Parlamentari
E-009002/2011(ASW)

Tweġiba mogħtija mis-Sur Dalli f'isem il-Kummissjoni

L-Onorevoli Membru mistieden jirreferi għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet bil-miktub E-005087/2011, E-005291/2011, E-006543/2011, E-007161/2011, E-007308/2011 u E-008496/201[1] li jindirizzaw il-kwistjonijiet tal-klieb jiġru fit-toroq u tal-ġestjoni tal-popolazzjoni tal-klieb.

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) adottat linji gwida għall-kontroll tal-popolazzjonijiet ta' dawn il-klieb.[2] Il-Greċja hija membru tal-OIE u għandha aċċess għal dawn il-linji gwida li jipprovdu għadd ta’ għodod tekniċi biex jindirizzaw il-kwistjoni. Il-linji gwida jinsistu fuq il-ħtieġa li jintużaw approċċi paralleli għall-kontroll tal-popolazzjoni tal-klieb bla sidien u tikkunsidra li l-qtil mhuwiex strateġija sostennibbli weħidha. Il-linji gwida jipprovdu wkoll li l-qtil ta’ klieb għandu jitwettaq b’mod uman meta jkun meħtieġ.

Fil-kuntest tat-tħejjija tal-istrateġija tal-UE għall-protezzjoni u l-benessri tal-annimali 2011-2015, il-Kummissjoni se tikkunsidra azzjonijiet possibbli għall-protezzjoni tal-klieb, bħall-kummissjonar ta’ studji kif issuġġerit mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu dwar il-benessri tal-klieb u l-qtates[3], b’kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipji tal-għoti tal-kompetenzi u tas-sussidjarjetà stabbiliti fit-Trattati tal-UE.

ĠU C 154 E, 31/05/2012