• EN - English
  • MT - Malti
Mistoqsija Parlamentari - E-002901/2012Mistoqsija Parlamentari
E-002901/2012

Tnaqqis fil-baġit f'Malta

Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-002901/2012
lill-Kummissjoni
Artikolu 117 tar-Regoli ta’ Proċedura
Edward Scicluna (S&D)

Fis-6 ta’ Jannar 2012, il-Gvern ta’ Malta ħabbar tnaqqis fil-baġit ekwivalenti għal 0.59 % tal-Prodott Domestiku Gross (PDG), jiġifieri, madwar EUR 40 miljun. Dan it-tnaqqis ġie allokat mill-gvern kif ġej: salarji (0.1 % tal-PDG), sahra (0.04 % tal-PDG), nefqa operazzjonali u għal manutenzjoni (0.07 % tal-PDG), programmi u inizzjattivi (0.21 % tal-PDG) u entitajiet tal-gvern (0.17 % tal-PDG).

Fil-prattika dan wassal għal tnaqqis ta’ EUR 805 000 mill-kontribuzzjonijiet lill-entitajiet tal-gvern inklużi l-Appoġġ, is-Sapport u s-Sedqa, li jipprovdu servizzi ta’ appoġġ essenzjali lin-nies l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà (li jinkludu assistenza lill-persuni b’dipendenzi fuq id-droga u l-alkoħol, servizzi ta’ ħarsien tat-tfal, appoġġ għall-vittmi ta’ vjolenza domestika u bosta servizzi oħra bbażati fil-komunità).

Fid-dawl tal-ittra ta' twissija bikrija tal-Kummissjoni mibgħuta lill-Gvern Malti f’Novembru 2011 fejn titlob evidenza konvinċenti li turi li se jintlaħqu l-miri tad-defiċit, u tad-dikjarazzjoni sussegwenti li saret fil-11 ta' Jannar ta' din is-sena dwar il-fatt li Malta ħadet azzjoni effettiva f'dan ir-rigward:

ĠU C 117 E, 24/04/2013