Mistoqsijiet parlamentari
PDF 29kWORD 26k
6 ta' Settembru 2012
E-007432/2012(ASW)
It-Tweġiba mogħtija mis-Sur Andor f'isem il-Kummissjoni
Referenza tal-mistoqsija: E-007432/2012

1 u 4. Matul il-laqgħat bilaterali u ż-żjarat tat-timijiet ta' azzjoni, tfittxew soluzzjonijiet konġunti dwar it-tħaffif tal-implimentazzjoni ta’ programmi eżistenti jew it-twessigħ tal-kopertura tagħhom permezz ta' żieda fil-baġit jew titjib fil-mira. L-Istati Membri(1) impenjaw ruħhom li jużaw il-fondi tal-UE b'mod aktar effettiv permezz tar-riallokazzjoni tal-fondi mhux impenjati jew mhux użati tal-UE biex jissaħħu l-miżuri ta' impjieg għaż-żgħażagħ. Ir-riżultati konkreti ta' dan l-eżerċizzju ġew ippreżentati mill-President f'Mejju.

2. Matul is-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni ffukat b'mod partikolari fuq il-qagħda tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Istati Membri u fuq il-politiki dwar l-impjieg taż-żgħażagħ ippreżentati fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma. Din l-analiżi hija riflessa fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi u fid-Dokumenti ta' Ħidma tal-Persunal maħruġa f’Mejju. Bħala segwitu għall-komunikazzjoni tagħha dwar l-Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ(2) YOI), aktar tard fl-2012 il-Kummissjoni beħsiebha tippreżenta Pakkett dwar l-Impjiegi taż-Żgħażagħ, inklużi inizjattivi ta' politika dwar garanziji għaż-żgħażagħ u qafas ta' kwalità għall-apprendistati. Dan se jiġi ssupplimentat b’rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-YOI fl-Istati Membri. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri biex jirrappurtaw sal-bidu ta’ Settembru 2012 dwar il-progress li sar, inkluża d-dejta finanzjarja aġġornata dwar l-utilità ta' finanzjament nazzjonali u tal-UE.

3. Matul il-parti l-kbira taż-żjarat fil-pajjiżi, it-timijiet ta' azzjoni ltaqgħu mal-partijiet interessati, li jinkludu l-NGOs taż-żgħażagħ u l-imsieħba soċjali, biex jivvalutaw aħjar il-qagħda fuq il-post. Il-Kummissjoni tikkonsulta l-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej regolarment u hija konxja tal-pożizzjonijiet tiegħu. Beħsiebha tikkonsulta lill-Forum dwar il-Pakkett ippjanat tal-Impjiegi għaż-Żgħażagħ u tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jikkonsultaw l-organizzazzjonijiet nazzjonali taż-żgħażagħ tagħhom.

(1)Inklużi s-seba' Stati Membri msemmija fil-mistoqsija 4.
(2)COM(2011) 933 tal-20 ta’ Diċembru 2011.

ĠU C 270 E, 19/09/2013
Avviż legali - Politika tal-privatezza