Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

Mistoqsijiet parlamentari
PDF 204kWORD 30k
18 ta' Frar 2014
E-001838-14
Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-001838-14
lill-Kummissjoni (Viċi President/Rappreżentant Għoli)
Artikolu 117 tar-Regoli ta’ Proċedura
Barbara Matera (PPE) , Mariya Gabriel (PPE) , Zuzana Roithová (PPE) , José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra (PPE) , Licia Ronzulli (PPE) , Piotr Borys (PPE) , Susy De Martini (ECR) , Jean Lambert (Verts/ALE) , Cristiana Muscardini (ECR) , Joanna Senyszyn (S&D) , Claudiu Ciprian Tănăsescu (S&D) , Lara Comi (PPE) , David Casa (PPE) , Catherine Bearder (ALDE) , James Elles (ECR) , Roberta Angelilli (PPE) , Rachida Dati (PPE) , Marie-Thérèse Sanchez-Schmid (PPE) , Baroness Sarah Ludford (ALDE) , Sergio Paolo Francesco Silvestris (PPE) , Sidonia Elżbieta Jędrzejewska (PPE) , Antigoni Papadopoulou (S&D) , Rosa Estaràs Ferragut (PPE) , Regina Bastos (PPE) , Santiago Fisas Ayxela (PPE) , Marina Yannakoudakis (ECR) , Eija-Riitta Korhola (PPE) , Philippe Juvin (PPE) , Ingeborg Gräßle (PPE) , Iñaki Irazabalbeitia Fernández (Verts/ALE)

 Suġġett:  VP/HR — Id-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan
 Tweġiba bil-miktub 

Fl-4 ta' Frar 2014 żieda preokkupanti fil-kodiċi legali tal-Afganistan, magħrufa bħala l-Artikolu 26, li tipprojbixxi lill-qraba ta' persuna akkużata milli tixhed kontriha, għaddiet mill-Parlament Afgan. Din it-tibdila fil-kodiċi legali tagħmilha iktar diffiċli għan-nisa Afgani li jixhdu kontra dawk li jattakkawhom u ma tħalli l-ebda xhud mill-familja jieħu passi f'dan is-sens.

Dan imur lil hinn mill-liġi standard li ma tħallix lill-koppji miżżewġin jixhdu kontra xulxin, u tagħmel kull tip ta' xhieda bejn il-qraba impossibbli. Hu partikolarment preokkupanti li l-Afganistan għandu storja twila u inkwetanti ta' abbuż domestiku, żwiġijiet furzati u qtil għall-unur.

Skont il-Woman for Women International, 'il fuq minn 87 % tan-nisa Afgani xi darba f'ħajjithom batew minn vjolenza fiżika, psikoloġika jew sesswali jew żwieġ furzat. Barra minn hekk, skont Amnesty International, il-parti l-kbira tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet [inklużi l-vjolenza domestika, żwieġ furzat jew tat-tfal] isseħħ fil-familja u, peress li l-membri tal-familja ħafna drabi huma dawk jinsabu xhieda tal-abbużi, din id-dispożizzjoni tagħmilha ferm diffiċli li ssir investigazzjoni u prosekuzzjoni ta' każijiet ta' vjolenza kontra n-nisa.

Aħna infaħħru d-dikjarazzjoni tal-Barunessa Ashton fejn titlob li l-Artikolu 26 ikun emendat. Hekk kif it-truppi jibdew iħallu l-Afganistan, hu importanti li nagħmluha ċara li se nibqgħu nagħmluha ta' difensuri għad-drittijiet tan-nisa Afgani.

1. X'azzjoni politika qiegħda tiġi kkunsidrata fir-rigward tal-iżgurar li l-Gvern Afgan jippubblika r-rapport li wiegħed f'Lulju 2013 dwar l-infurzar tal-Liġi dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa?

2. Dan hu eżempju ieħor minn għadd ta' ostakoli li jxekklu d-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan. Hekk kif it-truppi barranin qed iħallu l-Afganistan, xi pjanijiet għandu s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex ikompli jissalvagwardja l-aċċess tan-nisa għall-edukazzjoni u biex jipproteġihom kontra reati ta' vjolenza?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: ENĠU C 312, 12/09/2014
Avviż legali - Politika tal-privatezza